LEZZJONI 55
Għin lill-Kongregazzjoni Tiegħek
Miljuni t’aħwa jaqdu lil Ġeħova f’eluf taʼ kongregazzjonijiet madwar id-dinja. Huma japprezzaw l-istruzzjonijiet u t-tagħlim li jirċievu, u lesti li jgħinu l-kongregazzjoni b’ħafna modi. Int tħossok bħalhom?
1. Kif tistaʼ tuża l-ħin u l-enerġija tiegħek biex tgħin il-kongregazzjoni?
Kulħadd jistaʼ jgħin fil-kongregazzjoni. Pereżempju fil-kongregazzjoni tiegħek, hemm aħwa kbar fl-età jew mhux b’saħħithom? Tistaʼ tgħinhom imorru l-laqgħat? Jew tistaʼ tgħinhom b’affarijiet oħra, bħal li tixtrilhom l-ikel jew tgħinhom inaddfu d-dar? (Aqra Ġakbu 1:27.) Nistgħu nkunu lesti li ngħinu biex innaddfu u nieħdu ħsieb is-Sala tas-Saltna. Aħna ma nagħmlux dawn l-affarijiet taʼ bilfors. Aħna nħobbu lil Ġeħova u lil ħutna, allura ‘noffru lilna nfusna minn rajna.’—Salm 110:3.
Xhieda mgħammdin jistgħu jgħinu lill-kongregazzjoni b’modi oħra wkoll. Irġiel spiritwali jistgħu jikkwalifikaw bħala qaddejja ministerjali jew anzjani biex jgħinu iżjed fil-kongregazzjoni. Kulħadd jistaʼ jgħin iżjed fix-xogħol tal-ippritkar billi jaqdi bħala pijunier. Oħrajn jistgħu jgħinu billi jibnu postijiet fejn naqdu lil Ġeħova jew imorru f’kongregazzjonijiet fejn hemm iżjed bżonn.
2. Kif nistgħu ngħinu l-kongregazzjoni b’dak li għandna?
Aħna nistgħu ‘nonoraw lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi tagħna.’ (Proverbji 3:9) Minn qalbna nagħtu flus u affarijiet oħra biex ngħinu lill-kongregazzjoni tagħna u x-xogħol tal-ippritkar madwar id-dinja. (Aqra t-2 Korintin 9:7.) Dak li nagħtu jintuża wkoll biex jgħin meta jkun hemm diżastri. Ħafna jiddeċiedu li ‘jwarrbu xi ħaġa’ b’mod regolari għal donazzjoni. (Aqra l-1 Korintin 16:2.) Aħna nistgħu nagħtu l-flus għad-donazzjonijiet fuq donate.dan124.com jew fil-kaxxi tal-kontribuzzjonijiet fejn niltaqgħu biex naqdu lil Ġeħova. Hu jagħtina ċ-ċans li nuru kemm inħobbuh bil-mod kif nużaw dak li għandna.
TGĦALLEM IŻJED
Ara kif tistaʼ tgħin il-kongregazzjoni tiegħek.
3. Nistgħu nagħtu milli għandna
Ġeħova u Ġesù jħobbu lil dawk li jagħtu minn qalbhom. Pereżempju, Ġesù faħħar lill-armla l-fqira li xorta tat xi ħaġa lil Ġeħova. Aqra Luqa 21:1-4, u mbagħad iddiskuti:
-
Biex Ġeħova jieħu pjaċir bina, irridu nagħtu ħafna flus?
-
Ġeħova u Ġesù kif iħossuhom meta nagħtu minn qalbna?
Biex issir taf kif jintużaw id-donazzjonijiet tagħna, ara l-VIDJOW. Imbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
-
Id-donazzjonijiet kif jintużaw biex jgħinu l-kongregazzjonijiet madwar id-dinja?
4. Nistgħu noffru biex ngħinu
Fi żmien il-Bibbja, il-qaddejja taʼ Ġeħova kienu jaħdmu iebes biex jieħdu ħsieb il-postijiet fejn jaqdu lil Ġeħova. Imma dan ma kienx billi jagħtu l-flus biss. Aqra t-2 Kronaki 34:9-11, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsijiet.
-
Kull Iżraeli kif kien jgħin biex jieħu ħsieb id-dar taʼ Ġeħova, jiġifieri l-post fejn kienu jaqduh?
Biex tara kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova għadhom jimxu ma’ dak l-eżempju, ara l-VIDJOW. Imbagħad iddiskuti.
-
Għala hu importanti li nżommu s-Sala tas-Saltna nadifa u f’kundizzjoni tajba?
-
B’liema modi tistaʼ tgħin?
5. Aħwa rġiel jistgħu jikkwalifikaw għal iżjed responsabbiltajiet
Il-Bibbja tinkuraġġixxi lill-irġiel Kristjani biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jgħinu lill-kongregazzjoni. Biex tara eżempju, ara l-VIDJOW. Imbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
-
Fil-vidjow, Ryan x’għamel biex jgħin iżjed fil-kongregazzjoni?
Il-Bibbja tispjega xi jridu jagħmlu l-aħwa rġiel biex isiru qaddejja ministerjali jew anzjani. Aqra l-1 Timotju 3:1-13, u mbagħad iddiskuti:
XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova minn fejn iġibu l-flus għax-xogħol li jagħmlu?”
-
Int kif twieġeb?
XI DDISKUTEJNA?
Ġeħova japprezza ħafna l-isforzi tagħna biex ngħinu lill-kongregazzjoni bil-ħin, bl-enerġija, u bl-affarijiet tagħna.
X’Tgħallimt
-
Kif tistaʼ tuża l-ħin u l-enerġija tiegħek biex tgħin il-kongregazzjoni?
-
Kif nistgħu ngħinu lill-kongregazzjoni b’dak li għandna?
-
B’liema modi tixtieq tgħin il-kongregazzjoni?
ARA IŻJED
Sir af għala m’għadx hemm bżonn li nagħtu għaxra fil-mija lil Alla.
“Il-Bibbja X’Tgħid Dwar li Tagħti Għaxra fil-Mija?” (Artiklu fuq jw.org)
Il-Bibbja tagħti xi responsabbiltajiet lill-irġiel mgħammdin. Imma x’għandha tagħmel oħt mgħammda jekk tingħata responsabbiltà minn dawn?
“L-Awtorità li Għandhom l-Anzjani fil-Kongregazzjoni” (It-Torri tal-Għassa, Frar 2021)
Ara aħwa kuraġġużi li għamlu sagrifiċċji kbar biex iwasslu l-pubblikazzjonijiet lil aħwa oħra.
Ara kif il-flus għax-xogħol tagħna jiġu b’mod differenti ħafna minn organizzazzjonijiet reliġjużi oħra.
“Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?” (Artiklu fuq jw.org)