Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

KOMPLI IBNI L-INTERESS

LEZZJONI 7

Ibqaʼ Prova Għin lin-Nies

Ibqaʼ Prova Għin lin-Nies

Prinċipju: “Huma komplew . . . jgħallmu u jippritkaw l-aħbar tajba.”—Atti 5:42.

Dak li Għamel Pawlu

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Atti 19:​8-10. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.    Minflok ma qataʼ qalbu meta xi wħud ħaduha kontrih, l-appostlu Pawlu kif baqaʼ jipprova jgħin lil dawk li wrew interess?

  2.   Pawlu kemm-il darba mar lura biex jgħallem lil dawk interessati, u kemm dam jagħmel hekk?

X’Nitgħallmu minn Pawlu?

2. Għandna bżonn il-ħin u rridu nagħmlu sforz biex ikollna riżultat tajjeb meta nagħmlu żjajjar lura u nibdew studji tal-Bibbja.

Imita lil Pawlu

3. Kun lest li terġaʼ tmur meta jkun tajjeb għall-persuna. Saqsi lilek innifsek: ‘Meta u fejn ikun l-aħjar li niltaqaʼ magħha? Meta se jkollha ċans titkellem miegħi?’ Kun lest li terġaʼ tmur anki jekk ma jkunx l-aħjar ħin għalik.

4. Agħmel appuntament. Qabel titlaq ipprova ftiehem mal-persuna meta se terġaʼ titkellem magħha. Kun ċert li żżomm l-appuntament.

5. Taqtax qalbek. Taħsibx li l-persuna mhix interessata għax spiss ma ssibhiex id-dar jew dejjem ikollha x’tagħmel. (1 Kor. 13:​4, 7) Ibqaʼ pprova sakemm issib il-persuna, imma ara li tuża l-ħin tiegħek bl-aħjar mod.—1 Kor. 9:26.