Irsisti fil-qari u t-tagħlim

Din il-pubblikazzjoni hija ddisinjata biex tgħinek ittejjeb l-abbiltà tiegħek fil-qari, fit-tagħlim, u kif titkellem fil-pubbliku.

Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

Aħna ngħallmu l-iktar messaġġ importanti li qatt ingħata lill-bnedmin.

STUDJU 1

Introduzzjoni effettiva

Introduzzjoni effettiva għandha żewġ skopijiet.

STUDJU 2

Kun naturali

Li tkun naturali jgħin lill-udjenza tħossha komda u taċċetta l-messaġġ tiegħek.

STUDJU 3

L-użu tal-mistoqsijiet

Staqsi mistoqsijiet b’rispett biex tqajjem interess u enfasizza punti importanti.

STUDJU 4

Skritturi introdotti b’mod xieraq

Ara kif tipprepara l-imħuħ tas-semmiegħa tiegħek qabel taqra skrittura.

STUDJU 5

Qari eżatt

Qari eżatt huwa parti importanti taʼ li jitwassal l-għarfien taʼ Ġeħova.

STUDJU 6

Spjega ċar għala qed tuża skrittura

Għin lis-semmiegħa tiegħek jaraw ċar kif l-iskrittura li qrajt għandha x’taqsam mal-punt li qed tagħmel.

STUDJU 7

Informazzjoni eżatta u konvinċenti

Informazzjoni eżatta u konvinċenti se tgħin lis-semmiegħa tiegħek jaslu għall-konklużjoni t-tajba.

STUDJU 8

Għallem bl-eżempji

Sebbaħ it-tagħlim tiegħek b’eżempji sempliċi li huma taʼ interess għas-semmiegħa u li jgħallmuhom punti importanti.

STUDJU 9

Għallem bl-istampi u l-vidjows

Uża l-istampi u l-vidjows biex il-punti importanti jħallu impatt fuq il-moħħ.

STUDJU 10

Varjazzjoni fil-leħen

Varja l-pass, it-ton, u l-volum taʼ leħnek biex tqanqal emozzjoni u timmotiva l-udjenza biex tieħu azzjoni.

STUDJU 11

Entużjażmu

L-entużjażmu juri kemm temmen dak li tgħid u jgħin biex iżomm l-interess tas-semmiegħa tiegħek.

STUDJU 12

Uri ħlewwa u interess ġenwin

Jekk titkellem kif qed tħossok verament, turi lis-semmiegħa tiegħek li jinteressak minnhom u li tixtieq tgħinhom.

STUDJU 13

Valur prattiku magħmul ċar

Għin lis-semmiegħa jifhmu kif is-suġġett tiegħek jaffettwa ħajjithom, u urihom xi jridu jagħmlu b’dak li jitgħallmu.

STUDJU 14

Enfasizza l-punti prinċipali

Għin lill-udjenza tiegħek issegwik waqt it-taħdita, u uri ċar kif kull punt prinċipali għandu x’jaqsam mal-iskop u t-tema tiegħek.

STUDJU 15

Uri li int konvint

Tkellem b’konvinzjoni. Uri li b’mod sod temmen fl-importanza taʼ dak li qed tgħid.

STUDJU 16

Inkuraġġanti u pożittiv

Tkellem b’mod li jinkuraġġixxi u mhux bi kritika. Iġbed l-attenzjoni lejn il-veritajiet li jsaħħu mill-Kelma t’Alla.

STUDJU 17

Jinftiehem minn oħrajn

Għin lis-semmiegħa tiegħek jifhmu xi jfisser il-messaġġ tiegħek. Wassal punti prinċipali b’mod ċar.

STUDJU 18

Informattiva għall-udjenza

Għin lis-semmiegħa tiegħek jaħsbu u għinhom jitgħallmu xi ħaġa utli.

STUDJU 19

Agħmel sforz biex tilħaq il-qalb

Immotiva lis-semmiegħa tiegħek biex iħobbu lil Alla u l-Kelma tiegħu, il-Bibbja.

STUDJU 20

Konklużjoni effettiva

Konklużjoni effettiva se tħeġġeġ lis-semmiegħa jaċċettaw u japplikaw dak li tgħallmu.

Żomm nota tal-progress tiegħek

Żomm nota tal-progress tiegħek hekk kif taħdem biex ittejjeb l-abbiltajiet tal-qari u t-tagħlim tiegħek.

Tistaʼ Tara Wkoll

SENSIELA TAʼ VIDJOWS

Irsisti fil-qari u t-tagħlim—Vidjows

Żviluppa l-abbiltajiet li għandek bżonn biex taqra u tgħallem fil-pubbliku.