STUDJU 16
Inkuraġġanti u pożittiv
Ġob 16:5
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Iffoka fuq is-soluzzjonijiet u l-affarijiet li se jinkuraġġixxu lis-semmiegħa, u mhux fuq il-problemi.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Tgħallem żomm ħarsa pożittiva dwar is-semmiegħa tiegħek. Kun fiduċjuż li l-aħwa jridu jogħġbu lil Ġeħova. Anke jekk ikollok tagħti parir, l-ewwel faħħarhom sinċerament kull meta jkun possibbli.
-
Illimita materjal negattiv. Inkludi aspetti negattivi taʼ suġġett sakemm ikunu għal skop utli biss. It-ton ġenerali tat-taħdita tiegħek għandu jkun pożittiv.
-
Agħmel użu tajjeb tal-Kelma t’Alla. Iġbed l-attenzjoni lejn dak li Ġeħova għamel, qed jagħmel, u se jagħmel għall-bnedmin. Inkuraġġixxi u saħħaħ lis-semmiegħa tiegħek.