STUDJU 17
Jinftiehem minn oħrajn
1 Korintin 14:9
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Għin lis-semmiegħa tiegħek jifhmu xi jfisser il-messaġġ tiegħek.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Studja l-materjal tiegħek bir-reqqa. Ifhem is-suġġett sew biex tkun tistaʼ tispjegah b’mod sempliċi u fi kliemek.
-
Uża sentenzi qosra u frażijiet sempliċi. Għalkemm tistaʼ tuża sentenzi twal, wassal punti prinċipali billi tuża sentenzi u frażijiet qosra li jinftiehmu.
-
Spjega termini mhux familjari. Jekk inhu possibbli, tużax espressjonijiet li s-semmiegħa tiegħek mhumiex familjari magħhom. Jekk ikollok tirreferi għal terminu, karattru Bibliku, jew kejl jew drawwa tal-qedem li mhumiex familjari, agħti spjegazzjoni.