Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Xellug: Laqgħa f’Londra, l-Ingilterra, 1945; lemin: Assemblea taʼ ġurnata fil-Malawi, l-Afrika, 2012

IL-​5 SEZZJONI

L-edukazzjoni tas-Saltna—Jitħarrġu l-qaddejja tas-Sultan

L-edukazzjoni tas-Saltna—Jitħarrġu l-qaddejja tas-Sultan

TITBISSEM lill-​kelliemi fuq il-​platform. Hu ħu li għadu żgħir mill-​kongregazzjoni tiegħek, u qed jagħti l-​ewwel taħdita tiegħu fil-​programm tal-​assemblea. Hekk kif tieħu pjaċir tismaʼ t-​taħdita, lanqas tistaʼ ma timmeraviljax ruħek bit-​taħriġ li jirċievu n-​nies t’Alla. Tiftakar fl-​ewwel taħdita li ta dan il-​ħu fuq il-​platform—u issa ara kemm mexa ’l quddiem! Hu għamel progress kbir wara li attenda l-Iskola tas-Servizz ta’ Pijunier. Dan l-​aħħar, hu u martu kellhom il-​privileġġ li jattendu l-​Iskola għall-​Evanġelizzaturi tas-​Saltna. Meta l-​ħu jispiċċa t-​taħdita eċċellenti tiegħu u tkun qed iċċapċaplu, tħares madwarek u taħseb dwar l-​istruzzjoni li n-​nies t’Alla kollha jirċievu.

Il-​Bibbja bassret li kien se jkun hemm żmien meta n-​nies t’Alla kollha kienu se jkunu “mgħallmin minn Ġeħova.” (Is. 54:13) Aħna qed ngħixu f’dak iż-​żmien. Ma niġux mgħallmin permezz tal-​pubblikazzjonijiet tagħna biss, imma wkoll permezz tal-​laqgħat, l-​assembleat, il-​konvenzjonijiet, u d-​diversi skejjel li jħejjuna għal inkarigi speċifiċi fl-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. F’din is-​sezzjoni, se nikkunsidraw kif din l-​edukazzjoni kollha tagħti prova konvinċenti li s-​Saltna t’Alla qed taħkem fi żmienna.

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 16

Niltaqgħu flimkien għall-qima

Kif nistgħu niksbu l-akbar benefiċċju mil-laqgħat li fihom inqimu lil Ġeħova?

KAPITLU 17

Jitħarrġu l-predikaturi tas-Saltna

Skejjel teokratiċi kif ħejjew il-predikaturi tas-Saltna biex iwettqu l-inkarigi tagħhom?