Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Xellug: Pijuniera tipprietka fil-Korea, 1931; lemin: Għoti taʼ xhieda bil-lingwa tas-sinjali fil-Korea llum

IT-2 SEZZJONI

L-ippritkar tas-Saltna—L-aħbar tajba tixxandar mad-dinja kollha

L-ippritkar tas-Saltna—L-aħbar tajba tixxandar mad-dinja kollha

INT tipprepara għall-​ministeru kmieni f’ġurnata meta ma tkunx xogħol. Taħsibha darbtejn għax tħossok xi ftit għajjien. Kemm għandek aptit ġurnata taʼ mistrieħ! Imma titlob dwar dan u tiddeċiedi li tmur. Taħdem m’oħt anzjana u leali, u s-​sabar u l-​qalb tajba tagħha jmissulek qalbek. U hekk kif taqsam il-​messaġġ tal-​verità minn dar għal dar, tiftakar li ħutek irġiel u nisa madwar id-​dinja qed jaqsmu dan l-​istess messaġġ, qed jużaw l-​istess letteratura, u lkoll qed tibbenefikaw mill-​istess taħriġ. Sakemm tasal id-​dar, tħossok mimli enerġija. Imnalla ma qgħadtx id-​dar!

Fil-​preżent, il-​ministeru Kristjan hu x-​xogħol prinċipali tas-​Saltna t’Alla. Ġesù bassar li x-​xogħol tal-​ippritkar kien se jkun mifrux ħafna matul l-​aħħar jiem. (Mt. 24:14) Il-​profezija tiegħu kif twettqet? F’din is-​sezzjoni, se neżaminaw in-​nies, il-​metodi, u l-​għodod li kienu tant importanti għall-​ministeru Kristjan. Dan il-​ministeru qed jgħin lil miljuni madwar id-​dinja biex jaraw li s-​Saltna t’Alla hi reali.

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 6

Nies li jippritkaw—Predikaturi li joffru lilhom infushom minn rajhom

Ġesù għala kellu fiduċja li kien se jkollu armata li minn rajha tipprietka fl-aħħar jiem? Kif tistaʼ turi li qed tfittex l-ewwel is-Saltna?

KAPITLU 7

Metodi taʼ ppritkar—Jintuża kull mezz biex jintlaħqu n-nies

Tgħallem dwar metodi kreattivi li użaw in-nies t’Alla biex jilħqu lil kemm jistaʼ jkun nies bl-aħbar tajba qabel ma jiġi t-tmiem.

KAPITLU 8

Għodod għall-ippritkar—Il-produzzjoni taʼ letteratura għan-nies tad-dinja kollha

Ix-xogħol tat-traduzzjoni kif juri b’mod ċar li għandna l-appoġġ taʼ Ġesù? Liema fatti dwar il-pubblikazzjonijiet tagħna jagħtuk prova li s-Saltna hi reali?

KAPITLU 9

Riżultati tal-ippritkar—‘L-għelieqi huma bojod għall-ħsad’

Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu żewġ lezzjonijiet importanti dwar il-ħsad spiritwali kbir. Dawn il-lezzjonijiet kif jeffettwawna llum?