Umiltà
Ġeħova kif iqis lil dawk li huma umli u dawk li huma kburin?
Sa 138:6; Pr 15:25; 16:18, 19; 22:4; 1Pt 5:5
Ara wkoll Pr 29:23; Is 2:11, 12
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Kro 26:3-5, 16-21—Meta r-Re Użżija kiser il-Liġi t’Alla u l-qassisin qalulu li dak li għamel kien ħażin, tant sar kburi li rrabja ħafna u għalhekk Ġeħova kkastigah bil-ġdiem
-
Lq 18:9-14—Ġesù uża eżempju biex jispjega kif Ġeħova jħossu dwar it-talb taʼ nies umli u nies kburin
-
Ġeħova kif iħossu dwar dawk li b’umiltà jindmu mill-qalb?
2Kro 7:13, 14; Sa 51:2-4, 17
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Kro 12:5-7—Ir-Re Reħobogħam u l-kapijiet taʼ Ġuda b’umiltà aċċettaw id-deċiżjoni taʼ Ġeħova u nidmu, għalhekk Ġeħova ma qeridhomx
-
2Kro 32:24-26—Ir-Re Ħeżekija kien sar kburi imma meta wera l-umiltà Ġeħova ħafirlu
-
Meta nkunu umli kif jgħinna biex immorru tajjeb m’oħrajn?
Ef 4:1, 2; Flp 2:3; Kol 3:12, 13
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġen 33:3, 4—Għesaw kien irrabjat għal Ġakobb, imma meta Ġakobb mar jiltaqaʼ miegħu wera umiltà kbira u dan wassal biex jagħmlu paċi
-
Imħ 8:1-3—L-Imħallef Gidegħon qal lill-irġiel t’Efrajm li huma aħjar minnu, b’hekk ikkalmaw u ma ġġildux miegħu
-
Ġesù Kristu kif għallimna li hu importanti li nkunu umli?
Mt 18:1-5; 23:11, 12; Mrk 10:41-45
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Is 53:7; Flp 2:7, 8—Bħalma qalu minn qabel il-profeti, Ġesù kien umli u kien lest li jiġi fuq l-art biex imut mewta taʼ wġigħ u taʼ mistħija
-
Lq 14:7-11—Ġesù qal storja dwar persuna li tagħżel l-aħjar post waqt ikla biex juri kemm hu importanti li nkunu umli
-
Ġw 13:3-17—Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex ikunu umli meta ħasel saqajn l-appostli, xogħol li kienu jagħmluh il-qaddejja
-
Jekk nitgħallmu naraw lilna nfusna u lil oħrajn bħalma jarana Ġeħova, kif se jgħinna nkunu umli?
Meta xi ħadd jilgħabha tal-umli, għala ma jiswa għal xejn?