Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Xjuħija; Uħud Kbar fl-Eta

Xjuħija; Uħud Kbar fl-Eta

X’jiġri meta nibdew nikbru?

Sa 71:9; 90:10

Ara wkoll “Inkuraġġiment—Minħabba saħħa limitata jew xjuħija, xi wħud ma jistgħux jagħmlu kemm jixtiequ

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ekk 12:​1-8—Fi kliem poetiku, ir-Re Salamun qal xi affarijiet li jiġu max-xjuħija, bħal pereżempju nuqqas taʼ vista (“in-nisa li jittawlu mit-twieqi jaraw id-dlam”) u nuqqas taʼ smigħ (“il-bniet kollha jkantaw b’leħen baxx”)

Dawk li huma kbar fl-età, jistgħu jkunu ferħanin minkejja li jkollhom il-problemi jew ikunu limitati f’kemm jistgħu jagħmlu?

2Kor 4:​16-18; Ġk 1:​2-4

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 12:​2, 23—Il-profeta Samwel, li kien kiber fl-età, kien jaf kemm hu importanti li jkompli jitlob għan-nies taʼ Ġeħova

    • 2Sm 19:​31-39—Ir-Re David apprezza ħafna l-lealtà li wera miegħu Barżillaj, li kien kbir fl-età. Però, meta David staqsieh biex imur jaqdih f’Ġerusalemm, hu kien umli u m’aċċettax

    • Sa 71:​9, 18—Ir-Re David kien qed jibżaʼ li ma kienx għadu utli għal Ġeħova peress li kien kiber, imma hu staqsa lil Ġeħova biex itih is-saħħa ħalli jgħallem lill-ġenerazzjonijiet taʼ warajh dwaru

    • Lq 2:​36-38—Il-profetessa Anna, li kienet avanzata fl-età u armla, ġiet imbierka għall-imħabba u l-lealtà tagħha lejn Alla

Ġeħova kif jaċċerta lil dawk kbar fl-età li hu jimpurtah minnhom?

Sa 92:​12-14; Pr 16:31; 20:29; Is 46:4; Tit 2:​2-5

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 12:​1-4—Meta Abraham kellu 75 sena, Ġeħova tah inkarigu li biddillu ħajtu

    • Da 10:​11, 19; 12:13—Anġlu mar ikellem lil Danjel, li kellu fuq id-90 sena, u assigurah li kien prezzjuż għal Ġeħova u li kien se jiġi mbierek għal-lealtà tiegħu

    • Lq 1:​5-13—Ġeħova bierek lil Żakkarija u Eliżabetta billi fi xjuħithom tahom tarbija, lil Ġwanni

    • Lq 2:​25-35—Ġeħova ta privileġġ lil Simegħon li fi xjuħitu jara lit-tarbija li kienet se tkun il-Messija, u wara qal profeziji dwaru

    • At 7:​23, 30-36—Il-profeta Mosè kellu 80 sena meta Ġeħova għamlu mexxej fuq il-poplu t’Iżrael

Aħwa kbar fl-età kif għandhom jiġu trattati?

Le 19:32; 1Ti 5:1

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 45:​9-11; 47:12—Ġużeppi bagħat għal missieru Ġakobb, li kien kbir fl-età, biex ikun jistaʼ jieħu ħsiebu sa ma jmut

    • Rt 1:​14-17; 2:​2, 17, 18, 23—Rut baqgħet tgħin lil Nagħomi, li kienet kbira fl-età, bil-kliem u bl-azzjonijiet tagħha

    • Ġw 19:​26, 27—Ftit qabel ma miet, Ġesù talab lil Ġwanni biex jieħu ħsieb lil ommu għax kienet qed tikber

X’inhuma xi affarijiet li nistgħu nagħmlu biex ngħinu lil dawk avanzati fl-età?