Introduzzjoni għal sezzjoni 12
Ġesù għallem lin-nies dwar is-Saltna tas-smewwiet. Hu għallimhom ukoll jitolbu biex l-isem t’Alla jiġi mqaddes, biex tiġi s-Saltna taʼ Ġeħova, u biex issir ir-rieda Tiegħu fuq l-art. Jekk int ġenitur, spjega lil bintek jew lil ibnek xi tfisser din it-talba u kemm din hi importanti f’ħajjitna. Ġesù ma ħalliex lil Satana jkissirlu l-lealtà tiegħu. Ġesù għażel l-appostli tiegħu, u huma saru l-ewwel membri tas-Saltna li fiha għandhom irwol importanti. Innota ż-żelu taʼ Ġesù għall-qima vera. Minħabba li ried jgħin lin-nies, Ġesù fejjaq lill-morda, temaʼ lil min kien bil-ġuħ, u anki qajjem lil mejtin. B’dawn il-mirakli kollha, hu wera x’se tagħmel is-Saltna għan-nies kollha.
F'DIN IT-TAQSIMA
LEZZJONI 75
Ix-Xitan jittanta lil Ġesù
Ix-Xitan jittanta lil Ġesù tliet darbiet. Liema huma t-tliet tentazzjonijiet tiegħu? Ġesù kif iwieġbu?
LEZZJONI 76
Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa mit-tempju
Ġesù għala jkeċċi l-annimali ’l barra mit-tempju u jaqleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus?
LEZZJONI 77
Il-mara ħdejn il-bir
Mara Samaritana tibqaʼ sorpriża li Ġesù jitkellem magħha. Għala? X’jgħidilha Ġesù li s’issa għadu ma qalu lil ħadd iktar?
LEZZJONI 78
Ġesù jipprietka l-messaġġ tas-Saltna
Ġesù jistieden ftit mid-dixxipli biex isiru “sajjieda tal-bnedmin.” Iktar tard, jgħallem lil 70 mid-dixxipli tiegħu kif jippritkaw dwar il-messaġġ tal-aħbar tajba.
LEZZJONI 79
Ġesù jagħmel ħafna mirakli
Kull fejn imur Ġesù, in-nies morda jmorru għandu għall-għajnuna, u hu jfejjaqhom. Hu saħansitra jqajjem tifla żgħira mill-mewt.
LEZZJONI 81
Il-Prietka taʼ fuq il-Muntanja
Ġesù jgħallem lezzjonijiet importanti lill-folla li nġabret.
LEZZJONI 82
Ġesù jgħallem lid-dixxipli tiegħu kif jitolbu
Hu jgħid lid-dixxipli tiegħu biex jibqgħu jitolbu għal liema affarijiet?
LEZZJONI 84
Ġesù jimxi fuq l-ilma
Tistaʼ timmaġina kif iħossuhom l-appostli xħin jaraw dan il-miraklu?
LEZZJONI 86
Ġesù jqajjem lil Lazzru mill-mewt
Meta Ġesù jara lil Marija tibki, anki hu jibda jibki. Imma dal-biki malajr jinbidel f’ferħ.