Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni għal sezzjoni 3

Introduzzjoni għal sezzjoni 3

Fis-​snin taʼ wara d-​Dulluvju, il-​Bibbja ssemmi ftit nies b’isimhom li qdew lil Ġeħova. Abraham kien wieħed minnhom, u hu kien magħruf bħala l-​ħabib taʼ Ġeħova. Għala kien jissejjaħ il-​ħabib taʼ Ġeħova? Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek jara li Ġeħova jimpurtah minnu personalment u li jrid jgħinu. Bħal Abraham u rġiel leali oħra, fosthom Lot u Ġakobb, aħna m’għandniex inżommu lura milli nitolbu lil Ġeħova biex jgħinna. Nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova ħa jwettaq kull wegħda li jagħmel.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 7

It-Torri taʼ Babel

Xi nies iddeċidew li jibnu belt u torri li l-quċċata tiegħu tilħaq is-sema. Alla għala f’daqqa waħda ġegħelhom jitkellmu b’lingwi differenti?

LEZZJONI 8

Abraham u Sara obdew lil Alla

Abraham u Sara għala telqu l-ħajja komda li kellhom fil-belt biex imorru fl-art taʼ Kangħan?

LEZZJONI 9

Sa fl-aħħar għandna iben!

Alla kif kien se jwettaq il-wegħda li għamel lil Abraham? Permezz taʼ min kellha titwettaq il-wegħda—Iżakk jew Ismagħel?

LEZZJONI 10

Ftakar fil-mara taʼ Lot

Alla bagħat xita taʼ nar u kubrit fuq Sodoma u Gomorra. Dawn iż-żewġt ibliet għala ġew meqrudin? Għala qatt m’għandna ninsew xi ġralha l-mara taʼ Lot?

LEZZJONI 11

Prova tal-fidi

Alla qal lil Abraham: ‘Jekk jogħġbok, ħu lill-uniku iben tiegħek u offrih bħala sagrifiċċju fuq muntanja Morija.’ Abraham kif kien se jiffaċċja din il-prova tal-fidi?

LEZZJONI 12

Il-wirt ħadu Ġakobb

Iżakk u Rebekka kellhom tewmin, Għesaw u Ġakobb. Minħabba li Għesaw twieled l-ewwel, hu kellu d-dritt għal wirt speċjali. Għala bidel il-wirt maʼ platt soppa?

LEZZJONI 13

Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi

Ġakobb kif irċieva barka mingħand anġlu? U kif għamel paċi maʼ ħuh Għesaw?