LEZZJONI 7
It-Torri taʼ Babel
Wara d-Dulluvju, it-tfal taʼ Noè u n-nisa tagħhom kellhom ħafna tfal. Il-familji tagħhom kibru, u bdew jinxterdu mal-art kollha, kif Ġeħova kien qalilhom biex jagħmlu.
Imma xi ftit mill-familji m’obdewx lil Ġeħova. Huma qalu: ‘Ejja nibnu belt u nibqgħu hawn. U nibnu torri għoli ħafna li jilħaq is-sema. Imbagħad insiru popolari.’
Ġeħova ma kienx ferħan b’dak li kienu qed jagħmlu dawn in-nies, allura ddeċieda li jwaqqafhom. Taf x’għamel biex iwaqqafhom? Hu, f’daqqa waħda, ġegħelhom jitkellmu b’lingwi differenti. Imbagħad, minħabba li ma bdewx jifhmu lil xulxin, huma ma baqgħux jibnu. Il-belt li kienu qed jibnu saret magħrufa bħala Babel, li tfisser “Konfużjoni.” Minħabba f’hekk, in-nies bdew jitilqu minn hemm u jmorru f’partijiet oħra tal-art. Imma xorta baqgħu jagħmlu affarijiet ħżiena fil-postijiet li marru jgħixu. Taħseb li kien hemm nies li kienu għadhom iħobbu lil Ġeħova? Ħa nsiru nafu fil-“Kulmin jitgħolla jiġi umiljat, imma min jumilja ruħu jitgħolla.”—Luqa 18:14