Introduzzjoni għal sezzjoni 7
Din is-sezzjoni tiġbor ir-rakkont tal-ħajja tas-Sultan Sawl u dik tas-Sultan David, perijodu taʼ madwar 80 sena. Fil-bidu, Sawl kien umli u leali lejn Ġeħova, imma mbagħad inbidel u ma segwiex id-direzzjoni taʼ Ġeħova. B’hekk, Ġeħova m’aċċettahx iżjed, u maż-żmien qal lil Samwel biex jagħżel lil David biex ikun hu s-sultan taʼ Iżrael. Sawl beda jgħir u pprova joqtol lil David ħafna drabi, imma David qatt ma pattihielu. It-tifel taʼ Sawl, Ġonatan, kien jaf li kien Ġeħova li għażel lil David, u għalhekk kien leali lejn David. David għamel dnubiet serji, imma hu qatt ma rrifjuta d-dixxiplina taʼ Ġeħova. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek jara l-importanza li jkun dejjem ubbidjenti u leali lejn Ġeħova u lejn dawk li Hu jagħżel biex jieħdu ħsieb it-tmexxija.
F'DIN IT-TAQSIMA
LEZZJONI 39
L-ewwel sultan taʼ Iżrael
Alla ta mħallfin lill-Iżraelin biex imexxuhom, imma huma riedu sultan. Samwel għamel lil Sawl bħala l-ewwel sultan. Iktar tard Ġeħova rrifjuta lil Sawl. Għala?
LEZZJONI 40
David u Gulija
Ġeħova jagħżel lil David biex ikun is-sultan li jmiss t’Iżrael, u David juri għala hu kien għażla tajba.
LEZZJONI 41
David u Sawl
Għala wieħed minn dawn l-irġiel jobgħod lill-ieħor? Il-wieħed li jobgħod x’jagħmel?