KAPITLU 1
Għala Ġesù Kien Għalliem Kbir
IKTAR minn elfejn sena ilu, twieled tifel speċjali ħafna u meta kiber sar l-aqwa bniedem li qatt għex. Żmien twil ilu ħadd ma kellu ajruplani jew karozzi. Ma kienx hemm affarijiet bħal televixins, kompjuters, u Internet.
Lil dan it-tifel semmewh Ġesù. Hu sar l-iktar bniedem għaref li qatt kien hawn fuq l-art. Ġesù sar ukoll l-aqwa għalliem. Kien jispjega affarijiet tqal b’mod li jsiru ħfief biex tifhimhom.
Ġesù għallem lin-nies kulfejn kien jiltaqaʼ magħhom. Għallimhom f’xatt il-baħar u fuq id-dgħajjes. Għallimhom fid-djar u waqt li kien jivvjaġġa. Ġesù ma kellux karozza, u lanqas ma kien jivvjaġġa bil-karozza tal-linja jew bil-ferrovija. Ġesù kien imur minn post għall-ieħor bil-mixi u jgħallem lin-nies.
Aħna nitgħallmu ħafna affarijiet mingħand nies oħra. Imma nistgħu nitgħallmu l-iktar affarijiet importanti mingħand l-Għalliem il-Kbir, Ġesù. Il-kliem taʼ Ġesù nsibuh fil-Bibbja. Meta nisimgħu dan il-kliem mill-Bibbja, ikun qisu qed ikellimna Ġesù.
Ġesù għala kien tassew Għalliem Kbir? Raġuni waħda hija għax Ġesù stess kien għallmu xi ħadd. U hu kien jaf kemm huwa importanti li tismaʼ. Imma Ġesù lil min semaʼ? Min għallmu?—Missieru għallmu. U Missier Ġesù hu Alla.
Qabel ma ġie fuq l-art bħala bniedem, Ġesù kien jgħix fis-sema m’Alla. Mela Ġesù kien differenti minn bnedmin oħra għax
l-ebda bniedem ieħor m’għex fis-sema qabel ma twieled fuq l-art. Fis-sema Ġesù kien Iben bravu, għax kien jismaʼ minn Missieru. Għalhekk, Ġesù setaʼ jgħallem lin-nies dak li hu kien tgħallem mingħand Alla. Int tistaʼ tagħmel bħal Ġesù u tismaʼ minn missierek u minn ommok.Raġuni oħra għala Ġesù kien Għalliem Kbir hi għax kien iħobb lin-nies. Ried jgħin lin-nies jitgħallmu dwar Alla. Ġesù kien iħobbhom lill-kbar, imma kien iħobb lit-tfal ukoll. U t-tfal kienu jieħdu pjaċir maʼ Ġesù għax kien ikellimhom u joqgħod jismagħhom.
Darba minnhom xi ġenituri ħadu lit-tfal żgħar tagħhom għand Ġesù. Imma l-ħbieb tiegħu ħasbu li l-Għalliem il-Kbir kellu wisq x’jagħmel biex joqgħod jitkellem mat-tfal żgħar. Għalhekk qalulhom biex jitilqu. Imma Ġesù x’qal?— Ġesù qal: “Ħallu t-tfal żgħar jiġu għandi; tipprovawx twaqqfuhom.” Iva, Ġesù ried li t-tfal żgħar jiġu għandu. Mela avolja kien raġel Marku 10:13, 14.
għaref u importanti ħafna, Ġesù sab il-ħin biex jgħallem lit-tfal żgħar.—Taf għala Ġesù kien jgħallem lit-tfal u joqgħod jismagħhom? Raġuni waħda hija għax hu ried iferraħhom billi jgħidilhom affarijiet dwar Alla, Missieru tas-sema. Int kif tistaʼ tferraħ lin-nies?—Billi tgħidilhom dak li tgħallimt dwar Alla.
Darba waħda, Ġesù uża lil tifel żgħir biex jgħallem lill-ħbieb Tiegħu lezzjoni importanti. Hu ħa lit-tifel u poġġieh f’nofs id-dixxipli Tiegħu. Imbagħad Ġesù qal li dawn l-irġiel kbar iridu jbiddlu l-attitudni tagħhom u jsiru bħal dan it-tifel ċkejken.
Ġesù x’ried ifisser meta qal hekk? Taf kif raġel, jew anki tifel kbir, għandu jsir bħal tifel żgħir?— Tifel żgħir ma jafx daqskemm jaf xi ħadd akbar minnu u jkun jixtieq jitgħallem. Mela Ġesù kien qed jgħid li d-dixxipli tiegħu jridu jkunu umlin, bħalma huma t-tfal iż-żgħar. Iva, ilkoll kemm aħna nistgħu nitgħallmu ħafna affarijiet mingħand nies oħra. U kollha kemm aħna rridu nirrealizzaw li t-tagħlim taʼ Ġesù huwa iktar importanti minn dak li naħsbu aħna.—Mattew 18:1-5.
Raġuni oħra għala Ġesù kien tassew Għalliem Kbir hija għax hu kien jaf kif jagħmel l-affarijiet jidhru interessanti għan-nies. Kien jispjega l-affarijiet b’mod sempliċi u ċar. Kien jitkellem dwar l-għasafar u l-fjuri u dwar affarijiet komuni biex jgħin lin-nies jifhmu dwar Alla.
Darba waħda meta Ġesù kien fuq muntanja, ġew ħafna nies għandu. Ġesù qagħad bil-qiegħda u għamlilhom taħdita, jew priedka, bħalma tistaʼ tara hawn. Din it-taħdita tissejjaħ il-Priedka taʼ fuq il-Muntanja. Hu qal: ‘Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema. Huma ma jiżirgħux żerriegħa. Ma jiġbrux ikel fid-djar. Imma Alla tas-sema jagħtihom x’jieklu. Ma tiswewx intom iktar minnhom?’
Ġesù qal ukoll: ‘Tgħallmu lezzjoni mill-fjuri taʼ l-għalqa. Huma jikbru bla ma jaħdmu. U ara kemm huma sbieħ! Lanqas is-Sultan sinjur Salamun ma kien jilbes sabiħ daqs il-fjuri taʼ l-għalqa. Mela jekk Alla jieħu ħsieb il-fjuri li jikbru, m’huwiex se jieħu ħsieb lilkom ukoll?’—Mattew 6:25-33.
Qed tifhem x’kienet il-lezzjoni li għallem Ġesù?— Hu ma ridniex ninkwetaw dwar minfejn se nġibu ikel x’nieklu jew ħwejjeġ
x’nilbsu. Alla jaf li aħna għandna bżonn dawn l-affarijiet kollha. Ġesù ma qalx li ma rridux naħdmu biex ikollna l-ikel u l-ħwejjeġ. Imma hu qal li għandna npoġġu lil Alla l-ewwel. Jekk nagħmlu dan, Alla se jara li aħna jkollna ikel x’nieklu u ħwejjeġ x’nilbsu. Temmnu dan?—Meta Ġesù spiċċa jitkellem, x’ħasbu n-nies?— Il-Bibbja tgħid li huma baqgħu mistagħġbin bil-mod kif kien jgħallem. In-nies Mattew 7:28.
kienu jieħdu pjaċir ħafna joqogħdu jisimgħuh. Dak li kien jgħid għen lin-nies jagħmlu dak li hu tajjeb.—Għalhekk, huwa importanti ħafna li nitgħallmu mingħand Ġesù. Taf kif nistgħu nagħmlu dan?— Dak li qal nistgħu nsibuh miktub fi ktieb. Taf liema ktieb hu?— Il-Bibbja Mqaddsa. Dan ifisser li nistgħu nisimgħu lil Ġesù billi noqogħdu attenti għall-affarijiet li naqraw fil-Bibbja. Fil-fatt, fil-Bibbja nsibu storja sabiħa li fiha Alla nnifsu qalilna biex nisimgħu lil Ġesù. Ejja naraw x’ġara.
Darba waħda Ġesù ħa lil tlieta minn ħbiebu fuq muntanja għolja. Dawn kien jisimhom Ġakbu, Ġwanni, u Pietru. Iktar tard se nitgħallmu ħafna iktar fuq dawn l-irġiel, għax it-tlieta li huma kienu ħbieb kbar taʼ Ġesù. Imma f’din l-okkażjoni speċjali, wiċċ Ġesù beda jiddi ħafna. U ħwejġu saru jixegħlu bħad-dawl, bħalma tistaʼ tara hawn.
Wara, Ġesù u ħbiebu semgħu leħen mis-sema. Dan qal: “Dan hu Ibni, il-maħbub, li lilu jien approvajt; isimgħu minnu.” (Mattew 17:1-5) Taf taʼ min kien dan il-leħen?—Kien il-leħen t’Alla! Iva, Alla stess qal li kellhom jisimgħu minn Ibnu.
Xi ngħidu għalina llum? Se nobdu lil Alla u nisimgħu minn Ibnu, l-Għalliem il-Kbir?— Ilkoll kemm aħna hekk irridu nagħmlu. Tiftakar kif nistgħu nagħmluh dan?—
Iva, nistgħu nisimgħu mill-Iben t’Alla billi naqraw ir-rakkonti fil-Bibbja dwar il-ħajja tiegħu. L-Għalliem il-Kbir għandu ħafna affarijiet sbieħ x’jgħidilna. Se tieħu pjaċir titgħallem dawn l-affarijiet miktubin fil-Bibbja. U se tkun ukoll ferħan jekk tgħid lil ħbiebek l-affarijiet tajbin li titgħallem.
Għal iktar ħsibijiet sbieħ dwar l-affarijiet tajbin li se jkollna jekk nisimgħu minn Ġesù, iftaħ il-Bibbja tiegħek u aqra Ġwanni 3:16; 8:28-30; u Atti 4:12.