KAPITLU 27
Min Hu Alla Tiegħek?
GĦALA hija importanti l-mistoqsija, Min hu Alla tiegħek?— Għax in-nies iqimu ħafna allat. (1 Korintin 8:5) Meta l-appostlu Pawlu rċieva l-qawwa mingħand Ġeħova biex ifejjaq raġel li qatt ma kien mexa qabel, in-nies bdew jgħajtu: “L-allat saru bħal bnedmin u niżlu għandna!” In-nies riedu jqimu lil Pawlu u lill-ħabib tiegħu Barnaba. Lil Pawlu bdew jgħidulu Erme u lil Barnaba Żews, li kienu ismijiet t’allat foloz.
Imma Pawlu u Barnaba ma ħallewx lin-nies iqimuhom. Huma qabżu f’nofs il-folla tan-nies u qalu: ‘Ħallu dawn l-affarijiet bla sens u duru lejn Alla l-ħaj.’ (Atti 14:8-15) Min hu “Alla l-ħaj,” dak li ħalaq l-affarijiet kollha?— Iva, dan hu Ġeħova, ‘waħdu l-Għoli fuq l-art kollha.’ Ġesù sejjaħ lil Ġeħova “l-uniku Alla veru.” Mela, allura, min biss jistħoqqlu li jingħata qima?— Ġeħova biss!—Salm 83:19 (83:18, NW); Ġwanni 17:3; Rivelazzjoni 4:11.
Ħafna nies iqimu lil allat oħra minbarra lill-“uniku Alla veru.” Ħafna drabi jqimu affarijiet li jagħmluhom mill-injam, mill-ġebel, jew mill-metall. (Eżodu 32:4-7; Levitiku 26:1; Isaija 44:14-17) Kultant, anki rġiel u nisa li jsiru famużi jissejħu allat, stilel, jew idoli. Huwa sew li nagħtu glorja lilhom?—
Wara li Sawlu sar l-appostlu Pawlu, hu kiteb: “L-alla taʼ din is-sistema għema l-imħuħ taʼ dawk li ma jemmnux.” (2 Korintin 4:4) Min hu dan l-alla?— Iva, Satana x-Xitan! Satana rnexxielu jġiegħel lin-nies iqimu lil ħafna bnedmin u affarijiet.
Mattew 4:10) Mela Ġesù wera ċar li l-qima trid tingħata biss lil Ġeħova. Ejja naqraw dwar xi żgħażagħ li kienu jafu b’dan. Dawn kien jisimhom Sidrak, Mesak u Għabednegu.
Meta Satana pprova jikkonvinċi lil Ġesù biex jinżel fl-art u jqimu, Ġesù x’qallu lil Satana?— “Qim lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss agħti servizz sagru.” (Dawn iż-żgħażagħ Ebrej kienu parti mill-ġens t’Alla taʼ Iżrael u kienu ttieħdu bħala lsiera fl-art taʼ Babilonja. Hemmhekk, sultan jismu Nabukodonosor għamel statwa kbira ħafna tad-deheb. Darba waħda hu kkmanda li meta tindaqq il-mużika, kulħadd kellu jinżel fl-art quddiem l-istatwa. ‘Jekk xi ħadd ma jinżilx fl-art u jagħti qima jkun mixħut f’nofs forn taʼ nar jaħraq ħafna,’ hu wissa. Int x’kont tagħmel?—
Eżodu 20:3-5) Għalhekk, Sidrak, Mesak, u Għabednegu obdew il-liġi taʼ Ġeħova u mhux il-kmand tas-sultan.
Is-soltu, Sidrak, Mesak, u Għabednegu kienu jagħmlu dak kollu li jikkmanda s-sultan. Imma huma ma ridux jobdu dan il-kmand. Taf għala?— Għax il-liġi t’Alla kienet tgħid: ‘Ma jkollokx allat oħra ħliefi. La tagħmilx għalik xbieha minquxa u tinżel quddiemha.’ (Is-sultan irrabja ħafna, u mill-ewwel ordna biex it-tliet żgħażagħ Ebrej jiġu quddiemu. Hu staqsiehom: ‘Jaqaw għamiltu l-ħsieb li ma taqdux lill-allat tiegħi? Se nagħtikom ċans ieħor. Issa, malli tisimgħu l-mużika, inżlu fl-art u qimu l-istatwa li jien għamilt. Jekk ma tagħmlux hekk, tkunu mixħutin f’nofs forn taʼ nar jaħraq ħafna. U liema hu dak l-alla li se jeħliskom minn idejja?’
Issa x’kienu se jagħmlu dawn iż-żgħażagħ? Int x’kont tagħmel?— Huma qalu lis-sultan: ‘Alla tagħna li aħna nqimu jistaʼ jeħlisna. U anki jekk le, lill-allat tiegħek m’aħniex se naqduhom. M’aħniex se ninżlu quddiem l-istatwa tad-deheb tiegħek.’
Is-sultan imtela bir-rabja. Hu kkmanda: ‘Saħħnu l-forn sebaʼ
darbiet iktar mis-soltu!’ Imbagħad ordna lill-irġiel b’saħħithom tiegħu biex jorbtu lil Sidrak, Mesak, u Għabednegu u jitfgħuhom fil-forn! Il-forn tant kien jaħraq li l-irġiel stess tas-sultan mietu bil-fjammi tan-nar! U t-tliet Ebrej xi ġralhom?Sidrak, Mesak, u Għabednegu waqgħu f’nofs in-nar. Imma mbagħad qamu bil-wieqfa! La kienu weġġgħu u lanqas kienu għadhom marbutin. Dan kif setaʼ ġara?— Is-sultan ħares fil-forn, u beżaʼ b’dak li ra. ‘Mhux tlett irġiel tfajna fin-nar?’ staqsa hu. Il-qaddejja tiegħu wieġbu: “U żgur, sultan!”
Imbagħad is-sultan qal: ‘Jien qiegħed nara erbat irġiel mexjin hemm ġew, u n-nar ma qed jagħmlilhom xejn.’ Taf min kien ir-rabaʼ raġel?— Kien l-anġlu taʼ Ġeħova. Hu pproteġa lit-tliet Ebrej biex ma jweġġgħux.
Malli ra hekk, is-sultan resaq lejn il-bieb tal-forn u għajjat: “Sidrak, Mesak u Għabednegu, qaddejja taʼ Alla l-Għoli, oħorġu u ejjew hawn!” Meta ħarġu, kulħadd setaʼ jara kif dawn ma kinux inħarqu bin-nar. Lanqas riħa taʼ ħruq ma kellhom fuqhom. Imbagħad is-sultan kapitlu 3, NW).
qal: ‘Imbierek Alla taʼ Sidrak, Mesak, u Għabednegu, li bagħat l-anġlu tiegħu u ħeles lill-qaddejja tiegħu għax ma ridux iqimu alla ieħor ħlief lill-Alla tagħhom.’—Danjel 3:1-23, 91-97 (Aħna nistgħu nitgħallmu lezzjoni minn dak li ġara dakinhar. Anki llum in-nies jużaw xbihat, jew idoli, fil-qima tagħhom. Enċiklopedija waħda tgħid: “Il-bandiera, bħas-salib, hija sagra.” (The Encyclopedia Americana) Ix-xbihat jistgħu jkunu taʼ l-injam, tal-ġebel, tal-metall, jew tad-drapp. L-ewwel dixxipli taʼ Ġesù ma ridux jagħmlu att taʼ qima quddiem il-mexxej Ruman. Daniel P. Mannix, wieħed li jistudja l-istorja tad-dinja, qal li dawn kienu qishom qed jirrifjutaw li jsellmu lill-bandiera jew jagħmlu wegħda li se jibqgħu leali lejn il-pajjiż tagħhom.
Mela taħseb li tagħmel differenza għal Alla jekk xbieha reliġjuża tkunx tad-drapp, taʼ l-injam, tal-ġebel, jew tal-metall?— Huwa tajjeb li qaddej taʼ Ġeħova jagħmel att taʼ qima quddiem ħaġa bħal din?— Sidrak, Mesak, u Għabednegu ma ridux jagħmlu hekk, u Ġeħova kien ferħan bihom. Int kif tistaʼ tagħmel bħalhom?—
Dawk li jaqdu lil Ġeħova ma jistgħux iqimu lil xi persuna jew xi ħaġa oħra. Aqra x’jintqal dwar dan f’Ġożwè 24:14, 15, 19-22; Isaija 42:8; l-1 Ġwanni 5:21; u Rivelazzjoni 19:10.