Għanja 104
Faħħru lil Jah
1. Faħħru lil Jah;
Ngħannu flimkien!
Jagħti hu lilna għotjiet bla waqfien.
Kull lejl u nhar,
L ismu nberkuh.
Hu jistaʼ kollox; ġieħ dejjem nagħtuh.
Għax tfur imħabbtu lil ismu nxandruh.
2. Faħħru lil Jah.
Hu ġeneruż.
Jismaʼ it-talb; jagħti kull mhu bżonnjuż.
Driegħu setgħan
Jerfaʼ d-dgħajfin;
B’tiegħu l-ispirtu iqawwi l-ġwejdin.
Ħa nfaħħru ’l ismu; ngħarrfuh lill-bnedmin.
3. Faħħru lil Jah.
Ferm ġust u jħenn;
Alla taʼ kull faraġ se jkun taʼ kenn.
Mill-ħażen daqt
Se jġib serħan.
Sliem taħt Saltnatu se jkun wisq kotran.
Ejja nfaħħruh b’mod tant hieni w ħerqan!
(Ara wkoll Salm 94:18, 19; 145:21; 147:1; 150:2.)