Għanja 40
Ibqgħu Fittxu s-Saltna l-Ewwel
1. Ħaġ’ għażiża għal Ġeħova,
Illi ġġiblu ħafna ferħ,
Hija s-Saltna b’Ibnu Kristu,
Li se ġġib tant paċi w serħ.
(KOR)
Ibqgħu fittxu s-Saltna l-ewwel;
Ta’ Ġeħova s-sewwa wkoll.
Faħħruh b’kant fost il-ġnus kollha.
B’fedeltà aqduh ilkoll.
2. Għala tkun ansjuż dwar l-għada,
Dwar x’se tixrob, tkunx bil-ġuħ?
Għax żgur Alla se jipprovdi
Jekk post l-ewwel lilu ntuh.
(KOR)
Ibqgħu fittxu s-Saltna l-ewwel;
Ta’ Ġeħova s-sewwa wkoll.
Faħħruh b’kant fost il-ġnus kollha.
B’fedeltà aqduh ilkoll.
3. Xandar b’hekk l-aħbar it-tajba;
Għin lil dawk ġwejdin jaraw
Li f’Ġeħova u ħakmietu
Għandhom dejjem jittamaw.
(KOR)
Ibqgħu fittxu s-Saltna l-ewwel;
Ta’ Ġeħova s-sewwa wkoll.
Faħħruh b’kant fost il-ġnus kollha.
B’fedeltà aqduh ilkoll.
(Ara wkoll Salm 27:14; Mt. 6:34; 10:11, 13; 1 Pt. 1:21.)