Għanja 57
Il-Meditazzjoni taʼ Qalbi
1. Ħa jkun kull ħsieb fil-fond tal-qalb,
Fuqiex nimmedita mal-jum,—
Pjaċevoli għalik, Mulej;
Fi triqtek b’hekk jien sod inkun.
Jekk moħħi jkun mifni bl-inkwiet
U l-lejl ma jġib ebda mistrieħ,
Imbagħ’d nimmedita fil-pront
Fuqek u fuq is-sew bis-sħiħ.
2. Jekk ħsiebi safi w veru jkun;
Jekk naħseb f’dak li hu virtù
U f’kulma fama tajba jġib—
Jalla mbagħ’d paċi nikseb żgur.
Prezzjużi ħsibijietek ferm!
O Alla, l-għadd tagħhom tant kbir.
Għalhekk, nimmedita mill-qalb;
Fuq kliemek medhi jien insir.
(Ara wkoll Salm 49:3; 63:6; 139:17, 23; Flp. 4:7, 8; 1 Tim. 4:15.)