Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 130

Aħfer

Aħfer

(Salm 86:5)

  1. 1. Biex jifdina, Alla

    Bagħ’t lil Ibnu mis-​smewwiet,

    B’hekk Hu l-​mewt fix-​xejn iġib żgur

    U jaħfrilna id-​dnubiet.

    Hu se jagħti l-​maħfra tiegħu

    Jekk nedmin u jekk nobduh

    Għax permezz tal-​fidwa tiegħu

    Maħfra f’ismu nitolbuh.

  2. 2. Nintwerew dil-​ħniena

    Jekk bħal Alla nagħmlu lkoll

    U ’l xulxin bi mħabba naħfru,

    Empatija nuru wkoll.

    Dejjem nissaportu ’l ħutna,

    Kliem taʼ wġigħ ma ngħidu qatt;

    Rispett nuru ’l ħutna kollha,

    Nuru mħabba l’hi bla għadd.

  3. 3. Hi virtù il-​ħniena,

    Ejjew din nikkultivaw.

    Din se tbegħ’dna mis-​suppervja,

    Il-​mibegħda nevitaw.

    Lil Ġeħova rridu nixbhu

    Għax imħabbtu ma tintemmx,

    B’hekk ħa naħfru b’qalbna kollha,

    Bħall-​Missier li bħalu m’hemmx.