Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Agħti Glorja lil Ġeħova

Agħti Glorja lil Ġeħova

(Salm 96:8)

Niżżel:

  1. 1. Bħalek m’hemm ħadd, O Ġeħova.

    Tiegħek hu biss dak it-tron.

    Kif nistaʼ qatt inpattilek

    Taʼ kemm għentni xħin kont fil-bżonn.

    Xħin lejn is-sema inħares,

    Nara kemm int maestuż.

    Għidli x’rajt fija, Ġeħova,

    Biex lili tant tqisni prezzjuż?

    (RITORNELL)

    Għażiż Missier, nitolbok tismaʼ l-kliem

    Taʼ dil-għanja taʼ tifħir.

    Int l-Alla l-kbir, Saltnatek hi bla tmiem.

    Kulma nagħmel hu għalik,

    U minn qalbi glorja ntik.

  2. 2. Jien naf li ħajti mhix tiegħi.

    Nogħġbok kuljum jien irrid.

    B’ħeġġa se nxandar lil ismek,

    L’int Alla setgħan, l-aqwa Sid.

    Lilek biss naqdi, Ġeħova.

    Dan hu għalija unur.

    Jalla int tibqaʼ tmexxini,

    Kemm issa u wkoll fil-futur.

    (RITORNELL)

    Għażiż Missier, nitolbok tismaʼ l-kliem

    Taʼ dil-għanja taʼ tifħir.

    Int l-Alla l-kbir, Saltnatek hi bla tmiem.

    Kulma nagħmel hu għalik,

    U minn qalbi glorja ntik.

  3. 3. L-ibħra, l-widien tant tal-għaġeb!

    Qamar u kwiekeb u xemx;

    Kemm nifraħ b’din is-sbuħija!

    Imħabba bħal tiegħek ma hemmx.

    Qawwa u għerf inti għandek;

    B’dawn nibqaʼ meraviljat.

    Għandi raġun biex infaħħrek,

    Għax b’idek dan ġie disinjat.

    (RITORNELL)

    Għażiż Missier, nitolbok tismaʼ l-kliem

    Taʼ dil-għanja taʼ tifħir.

    Int l-Alla l-kbir, Saltnatek hi bla tmiem.

    Kulma nagħmel hu għalik,

    U minn qalbi glorja ntik.