Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

‘Mhux Se Jkun Tard’! (Għanja tal-Konvenzjoni 2023)

‘Mhux Se Jkun Tard’! (Għanja tal-Konvenzjoni 2023)

(Ħabakkuk 2:3)

Niżżel:

  1. 1. L-art mimlija ġmiel, kollox lilna tajt.

    Ix-xogħ’l taʼ idejk b’paċenzja ddisinjajt.

    Xejn ma tħalla sew, tmiem għall-gwaj int trid.

    Tistenna l-mument biex tagħmel kollox ġdid.

    (RITORNELL)

    Ma rridu qatt negħjew, b’hekk għinna nistennew

    Biex ngħixu f’Ġenna tal-art.

    Tiegħek il-jum ġej żgur; minn kelmtek qatt ma ddur.

    Anki jekk naħsbu li jdum,

    ‘Mhuwiex se jkun tard’!

  2. 2. B’fidi nistennew tagħna l-maħbubin.

    Ġeħova, int trid mill-ġdid tar’hom ħajjin.

    Nafu, O Missier, kemm lil dawn ħabbejt.

    Agħtina kuljum paċenzja bħalma wrejt.

    (RITORNELL)

    Ma rridu qatt negħjew, b’hekk għinna nistennew

    Biex ngħixu f’Ġenna tal-art.

    Tiegħek il-jum ġej żgur; minn kelmtek qatt ma ddur.

    Anki jekk naħsbu li jdum,

    ‘Mhuwiex se jkun tard’!

  3. 3. Tfittex tibqʼ għal min għandu l-umiltà.

    It-tama tagħtih biex jgħix eternità.

    Naqsmu l-verità, ferħ dan lilna jġib.

    Il-ħin sew nużaw; lejk nersqu iktar qrib.

    (RITORNELL)

    Ma rridu qatt negħjew, b’hekk għinna nistennew

    Biex ngħixu f’Ġenna tal-art.

    Tiegħek il-jum ġej żgur; minn kelmtek qatt ma ddur.

    Anki jekk naħsbu li jdum,

    ‘Mhuwiex se jkun tard’!

    Għinna, Missier, nistennew!

(Ara wkoll Kolossin 1:11.)