Agħtini l-kuraġġ
Niżżel:
1. Ħsibijiet u biżaʼ—
X’se jiġri jien ma nafx.
Imma int tipprovdi gwida;
Maġenbi dejjem bqajt.
Forsi l-ħajja iebsa.
Biss dan hu verʼ u żgur:
Li int Alla ferm leali;
B’hekk tqisni taʼ valur.
(RITORNELL)
Ġeħova, fidi jien neħtieġ,
Ħallini nara ċar,
Iktar magħna hemm milli magħhom.
Agħtini ’żjed kuraġġ.
Għinni, qawwa jkolli;
Neħtieġ kuraġġ taʼ sur.
Ġeħova lili saħħaħ;
Ir-rebħa tiegħek żgur.
2. Biżaʼ kulħadd għandu
U waħdi ma jien xejn.
Inti blata u refuġju;
Nitriegħed m’hemmx għalfejn.
Għinni nkun qalbieni
U biex ma nċedi qatt.
Xejn u ħadd mhu se jwaqqafni—
La qrati, ħabs, jew mewt.
(RITORNELL)
Ġeħova, fidi jien neħtieġ,
Ħallini nara ċar,
Iktar magħna hemm milli magħhom.
Agħtini ’żjed kuraġġ.
Għinni, qawwa jkolli;
Neħtieġ kuraġġ taʼ sur.
Ġeħova lili saħħaħ;
Ir-rebħa tiegħek żgur.
(RITORNELL)
Ġeħova, fidi jien neħtieġ,
Ħallini nara ċar,
Iktar magħna hemm milli magħhom.
Agħtini ’żjed kuraġġ.
Għinni, qawwa jkolli;
Neħtieġ kuraġġ taʼ sur.
Ġeħova lili saħħaħ;
Ir-rebħa tiegħek żgur.
Ġeħova lili saħħaħ;
Ir-rebħa tiegħek żgur.