Int Għalina Ferħ bla Tmiem
Niżżel:
1. Il-kwiekeb jiddu f’sema ċar
U jdawlu lill-art.
Il-ġmiel li hemm f’kull lejl u nhar
Bi mħabbtek sawwart.
Din l-art, u l-baħar b’idek ħlaqt
U mlejthom b’kull ħolqien filwaqt
Li ġablek ferħ kbir.
(RITORNELL)
Naraw ferħ fil-kreazzjoni,
Fil-messaġġ taʼ salvazzjoni,
U fil-Ġenna fil-futur.
Hi rigal l-imħabba tiegħek
Li żgur tridna ngawdu miegħek.
Inti żgur għal żmien dejjiem,
Għalina ferħ bla tmiem.
2. Ġeħova, kollox tajtna int
Li jagħti pjaċir.
U lilna b’mod sabiħ żejjint;
Nagħtuk kull tifħir.
Perfettʼ għamilt ’l-umanità,
F’kull qalb poġġejt l-eternità,
U l-ferħ fil-ħajjiet.
(RITORNELL)
Naraw ferħ fil-kreazzjoni,
Fil-messaġġ taʼ salvazzjoni,
U fil-Ġenna fil-futur.
Hi rigal l-imħabba tiegħek
Li żgur tridna ngawdu miegħek.
Inti żgur għal żmien dejjiem,
Għalina ferħ bla tmiem.
(BRIDGE)
Dal-ferħ possibbli biss
Permezz taʼ Ibnek l-għażiż,
Għax ta b’suċċess lil ħajtu stess;
Se jkun dejjem tagħna dal-ferħ.
(RITORNELL)
Naraw ferħ fil-kreazzjoni,
Fil-messaġġ taʼ salvazzjoni,
U fil-Ġenna fil-futur.
Hi rigal l-imħabba tiegħek
Li żgur tridna ngawdu miegħek.
Inti żgur għal żmien dejjiem,
Għalina ferħ bla tmiem.
(RITORNELL)
Naraw ferħ fil-kreazzjoni,
Fil-messaġġ taʼ salvazzjoni,
U fil-Ġenna fil-futur.
Hi rigal l-imħabba tiegħek
Li żgur tridna ngawdu miegħek.
Inti żgur għal żmien dejjiem,
Għalina ferħ bla tmiem.
(Ara wkoll Salm 37:4; 1 Kor. 15:28)