Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Post li Jġiblek Tifħir

Post li Jġiblek Tifħir

Niżżel:

  1. 1. Ġeħova, Ħallieq kbir tas-sema,

    Imkien mhu biżżejjed għalik,

    Għax il-glorja tiegħek kbira wisq.

    Dan il-post żgur unur jagħtik.

    Insebbħu l-post tiegħek taʼ qima;

    Flimkien nimxu mal-verità.

    Inferrħuk għax naqdu lilek biss;

    Int tapprezza dil-lealtà.

    (BRIDGE)

    L-ebda ħaġa ma hemm

    Li mhix ġejja mingħandek.

    Kulma għandna noffrulek

    Għax ġej minn idek stess.

    (RITORNELL)

    Ferm grati għal kulmʼ għamilt inti.

    Se nfaħħru bil-kant ’l ismek kbir.

    Tama tant reali lilna tajt.

    B’hekk f’dal-post niġu ntuk tifħir.

  2. 2. Ġeħova, dal-post aħna ridna

    Għax hawn nistgħu niġu nqimuk;

    Hawn nitgħallmu kif nogħġbuk aħjar

    U kif ngħinu lin-nies jaqduk.

    B’hekk, jalla jsir dak li trid inti;

    Għad baqaʼ xogħʼl li jrid isir.

    Ibnek stess kmandana nippritkaw,

    Għax hu qal li il-ħsad hu kbir.

    (BRIDGE)

    B’hekk noffrulek l-aħjar

    Mill-ħin tagħna w saħħitna.

    Tajtna kull ħaġa tajba,

    B’hekk imħabbitna ntuk.

    (RITORNELL)

    Ferm grati għal kulmʼ għamilt inti.

    Se nfaħħru bil-kant ’l ismek kbir.

    Tama tant reali lilna tajt.

    B’hekk f’dal-post niġu ntuk tifħir.