Uri Apprezzament
Niżżel:
Lill-ma u ’l-pa,
Jekk infittex kullimkien
Żgur ma nsibx ma u pa aħjar,
Għalhekk qed niktbilkom jien.
Kemm tqumu kmieni taʼ kuljum
Biex tlestu lilna lkoll fil-ħin.
Grazzi qatt ma se nieqaf ngħid
Għaliex intom żgur tajbin.
Tgħallmuni bla waqfien
Kif nogħġob ’l Alla jien
U turuni dan b’li tagħmlu u bil-kliem.
Ma u pa,
Għax tani lilkom
Grazzi ’l Alla ngħid fit-talb.
Tgħidx kemm inħobbkom jien mill-qalb.