Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-aqwa ħajja possibbli

L-aqwa ħajja possibbli

Hemm ħafna opportunitajiet disponibbli għaż-żgħażagħ fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Ara l-vidjow L-aqwa ħajja possibbli biex tara kif Cameron użat iż-żgħożija tagħha b’mod għaqli. Imbagħad wieġeb il-mistoqsijiet t’hawn taħt. (Mur jw.org/mt, u kklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > ŻGĦAŻAGĦ.)

  • X’kien dejjem importanti fil-ħajja taʼ Cameron?

  • Meta u kif iddeċidiet li tkabbar il-ministeru tagħha?

  • Kif preparat biex taqdi fejn il-bżonn kien akbar f’pajjiż ieħor?

  • Xi sfidi ffaċċjat Cameron waqt li kienet qed taqdi f’pajjiż ’il bogħod?

  • Għala jistaʼ jkun taʼ benefiċċju li naqdu lil Ġeħova f’pajjiż jew f’ambjent fejn qatt ma qdejna qabel?

  • X’barkiet esperjenzat Cameron?

  • Għala li taqdi lil Ġeħova jwassal għall-aqwa ħajja possibbli?

  • X’opportunitajiet oħra huma disponibbli għaż-żgħażagħ fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova?