GĦIX BĦALA KRISTJAN
Agħżel li Taqdi lil Ġeħova
Jekk inti pubblikatur żagħżugħ mhux mgħammed jew student tal-Bibbja, għandek il-mira li titgħammed? Għala taħseb li għandek titgħammed? Id-dedikazzjoni u l-magħmudija huma l-bidu taʼ ħbiberija speċjali maʼ Ġeħova. (Sa 91:1) Ukoll, dawn iwassluk għal salvazzjoni. (1Pt 3:21) Kif tistaʼ tasal biex tieħu dawn il-passi?
Kun konvint li din hi l-verità. Meta jkollok xi mistoqsijiet, agħmel riċerka. (Rum 12:2) Sib xi bidliet li għandek bżonn tagħmel, u aħdem fuqhom bix-xewqa li togħġob lil Ġeħova. (Pr 27:11; Ef 4:23, 24) Itolbu dejjem għall-għajnuna. Kun ċert li Ġeħova se jsaħħek u jappoġġjak bil-qawwa tal-ispirtu qaddis tiegħu. (1Pt 5:10, 11) Kull sforz li tagħmel hu worth it. Li taqdi lil Ġeħova hu l-aħjar mod kif tgħix!—Salm 16:11.
ARA L-VIDJOW IT-TRIQ GĦALL-MAGĦMUDIJA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Xi wħud liema diffikultajiet għelbu biex jitgħammdu?
-
Kif tistaʼ ssaħħaħ il-fidi biex tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova?
-
Xi mmotiva lil xi wħud biex jagħmlu dak li kien hemm bżonn biex jikkwalifikaw għall-magħmudija?
-
Ġeħova kif ibierek lil dawk li jagħżlu li jaqduh?
-
Xi jfissru d-dedikazzjoni u l-magħmudija?