26 taʼ Frar–3 taʼ Marzu
SALM 11-15
Għanja 139 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Immaġinak fid-Dinja l-Ġdida Mingħajr Vjolenza
(10 min.)
Illum naraw ħafna vjolenza minħabba li n-nies ma jirrispettawx il-liġijiet (Sa 11:2, 3; w06 5/15 18 ¶3)
Nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova dalwaqt se jneħħi l-vjolenza kollha (Sa 11:5; wp16.4 11)
Jekk naħsbu fuq il-wegħda taʼ Ġeħova se jgħinna nkunu paċenzjużi u nistennew id-dinja l-ġdida (Sa 13:5, 6; w17.08 7 ¶15)
IPPROVA DAN: Aqra Eżekjel 34:25, u immaġina lilek innifsek hemmhekk.—kr 236 ¶16.
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Sa 14:1—Il-Kristjani kif jistgħu jiġu affettwati mill-attitudni li qed isemmi dan il-vers? (w13 9/15 19 ¶12)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Sa 13:1-6; 14:1-7 (th studju 2)
4. Ibda Konversazzjoni
(2 min.) XHIEDA INFORMALI. Stieden lill-persuna għat-Tifkira. (lmd lezzjoni 5 punt 3)
5. Ibda Konversazzjoni
(minuta) MINN DAR GĦAL DAR. Stieden lill-persuna għat-Tifkira. (lmd lezzjoni 3 punt 4)
6. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Il-persuna taċċetta l-invit u turi li tixtieq tattendi t-Tifkira. (lmd lezzjoni 7 punt 4)
7. Agħmel Dixxipli
(5 min.) lff lezzjoni 13 xi ddiskutejna, x’tgħallimt, u pprova dan. Uża artiklu mis-sezzjoni “Ara Iżjed” biex tgħin lill-istudent jifhem kif iħossu Alla dwar ir-reliġjon falza. (th studju 12)
Għanja 8
8. “L-Għerf Aħjar mill-Għodda tal-Ġlied”
(10 min.) Diskussjoni.
Il-vjolenza qed tiżdied mad-dinja kollha. Ġeħova jaf li l-vjolenza li qed naraw u nesperjenzaw tistaʼ ġġegħelna nħossuna ansjużi. Hu jifhem ukoll li għandna bżonn inħossuna protetti. Mod wieħed kif jipproteġina hu permezz tal-Kelma tiegħu, il-Bibbja.—Sa 12:5-7.
Fil-Bibbja nsibu għerf li hu “aħjar mill-għodda tal-ġlied.” (Ek 9:18) Ara kif dawn il-prinċipji tal-Bibbja jistgħu jipproteġuna mill-vjolenza.
-
Ek 4:9, 10—Evita li tkun waħdek f’postijiet u sitwazzjonijiet perikolużi
-
Pr 22:3—Meta tkun f’post pubbliku, oqgħod attent għal dak li qed jiġri madwarek
-
Pr 26:17—Tidħolx f’argumenti li m’għandekx x’taqsam magħhom
-
Pr 17:14—Jekk tara li se jinqalaʼ l-ġlied jew tara ħafna nies jinġabru biex jipprotestaw, itlaq
-
Lq 12:15—Tirriskjax ħajtek biex tipproteġi l-affarijiet tiegħek
Uri l-VIDJOW Imita lil Dawk li Kellhom il-Fidi—Enok, Mhux Lamek. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
L-eżempju taʼ Enok kif għen lill-missier jiddeċiedi x’għandu jagħmel meta kien hemm il-vjolenza?—Eb 11:5
F’xi sitwazzjonijiet, Kristjan forsi jħoss li għandu jipproteġi lilu nnifsu u l-affarijiet tiegħu. F’dan il-każ, hu għandu joqgħod attent ħafna li ma joqtolx lil xi ħadd.—Sa 51:14; ara “Mistoqsijiet mill-Qarrejja” f’It-Torri tal-Għassa taʼ Lulju 2017.
9. Kampanja tat-Tifkira li Se Tibda s-Sibt, 2 taʼ Marzu
(5 min.) Taħdita minn anzjan. Spjega x’inhuma l-arranġamenti għall-kampanja, għat-taħdita speċjali, u għat-Tifkira. Fakkar lill-pubblikaturi li jistgħu jagħżlu li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji billi jagħmlu 15-il siegħa matul Marzu u April.
10. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 6 ¶9-17