Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 1-5

Ġob żamm l-integrità waqt il-provi

Ġob żamm l-integrità waqt il-provi

Ġob għex f’Uż matul iż-żmien li l-Iżraelin kienu fil-jasar fl-Eġittu. Għalkemm ma kienx Iżraeli, Ġob kien aduratur leali taʼ Ġeħova. Hu kellu familja kbira, ħafna ġid, u kien stmat fil-komunità tiegħu. Hu kien rispettat ferm bħala wieħed li jagħti l-pariri u mħallef imparzjali. Kien ġeneruż mal-foqra u maʼ dawk fil-bżonn. Ġob kien raġel taʼ integrità.

Ġob wera b’mod ċar li Ġeħova kien l-iktar Persuna importanti f’ħajtu

1:8-11, 22; 2:2-5

  • Satana nnota l-integrità taʼ Ġob. Hu ma ċaħadx li Ġob kien jobdi lil Ġeħova, minflok Satana ddubita l-mottivi taʼ Ġob

  • Satana sostna li Ġob kien jaqdi lil Ġeħova għal raġunijiet egoistiċi

  • Biex jagħti risposta għall-akkuża taʼ Satana, Ġeħova ppermetta lil Satana jattakka lil dan ir-raġel leali. Satana ġab ħerba f’kull aspett tal-ħajja taʼ Ġob

  • Meta Ġob żamm l-integrità tiegħu, Satana qajjem dubju dwar l-integrità tal-bnedmin kollha

  • Ġob ma dinibx jew akkuża lil Alla li għamel xi ħaġa ħażina