Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-MINISTERU

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Agħmel il-preżentazzjoni tiegħek stess tar-rivista

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Agħmel il-preżentazzjoni tiegħek stess tar-rivista

GĦALA HU IMPORTANTI: Għalkemm l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet li jidhru fil-fuljett għall-istudju tal-laqgħa huma t’għajnuna għalina, dawn huma sempliċement ideat. Għandek tagħmel il-preżentazzjoni fi kliemek. Forsi tippreferi metodu ieħor jew tħoss li suġġett ieħor jinteressa iktar lin-nies taʼ fejn toqgħod int. Jekk inhu hekk, wara li tkun qrajt ir-rivista, ikkunsidrajt l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet, u rajt il-vidjows bit-turijiet, tistaʼ tuża s-suġġerimenti li ġejjin biex tagħmel preżentazzjoni persunali.

KIF TAGĦMEL DAN:

Staqsi lilek innifsek, ‘Nixtieq jien nuża wieħed mill-eżempji taʼ preżentazzjonijiet?’

IVA

  • Ipprepara l-introduzzjoni tiegħek. Wara li ssellem lil dak li jkun, għid fil-qosor għala mort. (Eżempju: “Jien qiegħed hawn għax . . . ”)

  • Aħseb dwar kif se tgħaddi mill-mistoqsija għall-iskrittura u l-offerta. (Eżempju: Biex tintroduċi skrittura, forsi tgħid: “F’dan il-vers tistaʼ ssib tweġiba sodisfaċenti għal din il-mistoqsija.”)

LE

  • Mir-rivista, agħżel suġġett li jinteressa lilek u n-nies fit-territorju tiegħek

  • Ħejji mistoqsija li titlob opinjoni u li tqanqal il-ħsieb u konversazzjoni, imma li ma tpoġġix lill-inkwilin dahru mal-ħajt. (Eżempju: Il-mistoqsijiet li jidhru fuq paġna 2 tar-rivisti.)

  • Agħżel liema skrittura se taqra. (Jekk tkun qed turi r-rivista Stenbaħ! hi għażla jekk taqrax skrittura jew le, għax ir-rivista hi disinjata għal dawk li ma tantx huma familjari mal-Bibbja u li saħansitra ma jafdawx ir-reliġjonijiet.)

  • Ipprepara sentenza jew tnejn li jispjegaw kif l-inkwilin se jibbenefika jekk jaqra l-artiklu

TAGĦŻEL X’TAGĦŻEL

  • Ħejji mistoqsija li tkun tistaʼ twiġibha d-darba taʼ wara meta tagħmel iż-żjara lura

  • Ħu noti biex jgħinuk tiftakar xi trid tgħid id-darba li jmiss