Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-​MINISTERU | ŻID IL-​FERĦ TIEGĦEK FIL-​MINISTERU

Għin lill-Istudenti tal-Bibbja Jiżviluppaw Relazzjoni Personali maʼ Ġeħova

Għin lill-Istudenti tal-Bibbja Jiżviluppaw Relazzjoni Personali maʼ Ġeħova

Ġeħova jridna naqduh għax inħobbuh. (Mt 22:37, 38) Hija l-​imħabba għal Alla li se tagħti s-​saħħa lill-​istudenti tal-​Bibbja biex jagħmlu l-​bidliet li hemm bżonn u jibqgħu sodi waqt il-​prova. (1Ġw 5:3) Hija l-​imħabba tagħhom għal Alla li se timmotivahom jitgħammdu.

Għin lill-​istudenti tiegħek jaraw kemm Alla jħobbhom. Staqsi mistoqsijiet bħal: “Dan x’jgħallmek dwar Ġeħova?” jew “Dan kif juri l-​imħabba t’Alla għalik?” Għinhom jirrealizzaw kif Ġeħova qed jgħinhom personalment. (2Kr 16:9) Tistaʼ tgħidilhom dwar kif Ġeħova wieġeb xi talb speċifiku tiegħek, u inkuraġġihom jindunaw kif Ġeħova jwieġeb it-​talb tagħhom. Aħna nkunu ferħanin meta naraw li l-​istudenti tal-​Bibbja jħossuhom maħbubin minn Ġeħova u juru li huma jħobbuh ukoll u jridu jkunu l-​ħbieb tiegħu.

ARA L-​VIDJOW GĦIN LILL-​ISTUDENTI TAL-​BIBBJA TIEGĦEK JIŻVILUPPAW RELAZZJONI PERSONALI MAʼ ĠEĦOVA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Jade maʼ liema problema ltaqgħet?

  • Neeta kif għenet lil Jade?

  • Jade kif irnexxielha tegħleb il-​problema?