Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-​MINISTERU | ŻID IL-​FERĦ TIEGĦEK FIL-​MINISTERU

Għin lill-Istudenti tal-Bibbja Jegħlbu Vizzji Mhux Nodfa

Għin lill-Istudenti tal-Bibbja Jegħlbu Vizzji Mhux Nodfa

Dawk biss li huma nodfa moralment jistgħu jgawdu relazzjoni mill-​qrib maʼ Ġeħova. (1Pt 1:14-​16) Hekk kif l-​istudenti tal-​Bibbja jegħlbu vizzji ħżiena, huma jistgħu jesperjenzaw ukoll benefiċċji fil-​familja, fis-​saħħa, u b’mod finanzjarju.

Spjega b’mod ċar il-​livelli morali taʼ Ġeħova, ir-​raġunijiet għalihom, u għala hu tajjeb li nagħmlu dak li jgħidilna. Iffoka fuq li tgħin lill-​istudenti tiegħek ibiddlu l-​mod kif jaħsbu, u mbagħad se jagħmlu dak li jrid Ġeħova. (Ef 4:22-​24) Assigurahom li bl-​għajnuna taʼ Ġeħova huma jistgħu jegħlbu vizzju li kienu ilhom jagħmluh. (Flp 4:13) Għallimhom jitolbu bil-​qalb lil Ġeħova meta jħossuhom li se jidinbu. Għinhom jagħrfu u jevitaw sitwazzjonijiet li se jagħmluhielhom diffiċli li jagħmlu dak li hu sew. Inkuraġġihom jagħmlu attivitajiet li jibnu minflok il-​vizzji mhux nodfa. Se tesperjenza l-​ferħ meta tara l-​istudenti tal-​Bibbja jirnexxilhom jagħmlu bidliet bl-​għajnuna taʼ Ġeħova.

ARA L-​VIDJOW GĦIN LILL-​ISTUDENTI TAL-​BIBBJA TIEGĦEK JEGĦLBU VIZZJI MHUX NODFA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • L-​anzjani u Neeta kif urew fiduċja f’Jade?

  • Neeta kif kompliet tgħin lil Jade?

  • Jade kif saqsiet għall-​għajnuna mingħand Ġeħova?