Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Il-​Provi Kollha Jispiċċaw Xi Darba

Il-​Provi Kollha Jispiċċaw Xi Darba

Il-​provi jistgħu faċilment jiskuraġġuna, speċjalment meta jdumu għal żmien twil. David kien jaf li l-​prova tiegħu rigward is-​Sultan Sawl maż-​żmien kellha tispiċċa u li hu kellu jsir sultan bħalma wiegħed Ġeħova. (1Sa 16:13) Il-​fidi taʼ David għenitu jkun paċenzjuż u jistenna lil Ġeħova.

Meta ngħaddu minn prova, forsi nistgħu nużaw l-​għerf u l-​għaqal, l-​għarfien, jew l-​abbiltà tal-​ħsieb biex inbiddlu s-​sitwazzjoni tagħna. (1Sa 21:12-​14; Pr 1:4) Però, xi diffikultajiet se jibqgħu hemm saħansitra wara li nkunu għamilna dak kollu li stajna fi qbil mal-​prinċipji tal-​Bibbja. F’każijiet bħal dawn, għandu jkollna l-​paċenzja u nistennew lil Ġeħova. Dalwaqt hu se jtemm it-​tbatija kollha tagħna u ‘jixxottalna kull demgħa’ minn għajnejna. (Ri 21:4) Jekk il-​ħelsien mill-​prova jiġi minħabba li Ġeħova jkun għamel xi ħaġa jew minħabba raġunijiet oħra, ħaġa waħda hija ċerta: Il-​provi kollha jispiċċaw xi darba. Dan il-​fatt ifarraġna.

ARA L-​VIDJOW POPLU MAGĦQUD F’DINJA MIFRUDA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Liema sfidi esperjenzaw xi Kristjani fin-​Nofsinhar tal-​Istati Uniti?

  • Kif urew il-​paċenzja u l-​imħabba?

  • Kif komplew jiffokaw fuq “dak li hu iktar importanti”?—Flp 1:10