GĦIX BĦALA KRISTJAN
Uża Ġrajjiet Kurrenti fil-Ministeru Tiegħek
Fil-ministeru tiegħu, Ġesù uża ġrajjiet kurrenti biex jgħallem lezzjonijiet. (Lq 13:1-5) Inti wkoll tistaʼ tuża ġrajjiet kurrenti biex tqajjem l-interess tan-nies fil-messaġġ tas-Saltna. Wara li ssemmi l-għoli tal-ħajja, xi diżastri naturali, inkwiet ċivili, vizzju tad-droga, jew xi ħaġa simili, saqsi mistoqsija li ġġiegħel lill-inkwilin jaħseb. Forsi ssaqsi: “Taħseb li xi darba se naraw tmiem għal . . . ?” jew “X’taħseb li hi s-soluzzjoni għal . . . ?” Imbagħad, aqsam vers mill-Bibbja li jitkellem dwar l-istess suġġett. Jekk l-individwu juri interess, dawwar l-attenzjoni tiegħu għal xi vidjow jew xi pubblikazzjoni mill-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim. Hekk kif nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nilħqu l-qlub tan-nies fit-territorju tagħna, jalla ‘nagħmlu kollox minħabba l-aħbar tajba.’—1Ko 9:22, 23.
X’suġġetti jistgħu jinteressaw lin-nies fit-territorju tiegħek?