GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kunu “Kuntenti b’Dak li Għandkom”
Jekk għandna ftit materjalment, nistgħu niġu mħajrin nagħmlu xi ħaġa li tistaʼ tagħmel ħsara lill-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova. Pereżempju, jistaʼ jkollna opportunità li naqilgħu iktar flus imma li tagħmilhielna iktar diffiċli biex naqdu lil Ġeħova. Jekk naħsbu fuq dak li jgħid Ebrej 13:5 se jgħinna nieħdu deċiżjonijiet tajbin.
“Ħa jkun il-mod kif tgħixu ħieles mill-imħabba għall-flus”
-
Itlob u mbagħad aħseb sew dwar kemm huma importanti l-flus għalik. Aħseb ukoll dwar x’eżempju qed tagħti lit-tfal tiegħek.—g 9/15 6.
“Waqt li tkunu kuntenti b’dak li għandkom fil-preżent”
-
Aħseb dwar x’vera għandek bżonn.—w16.07 3 ¶1-2.
“Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx”
-
Kun ċert li jekk tkompli tpoġġi s-Saltna l-ewwel, Ġeħova se jgħinek f’dak li jkollok bżonn. —w14 4/15 21 ¶17.
ARA L-VIDJOW KIF L-AĦWA GĦANDHOM IL-PAĊI MINKEJJA L-PROBLEMI EKONOMIĊI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:
X’tgħallimt mill-esperjenza taʼ Miguel Novoa?