Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kompli Ħarreġ is-Sensi Tiegħek

Kompli Ħarreġ is-Sensi Tiegħek

Atleta jrid ikompli jħaddem il-muskoli tiegħu biex jibqaʼ tajjeb għall-isport. Bl-istess mod, aħna rridu nkomplu nagħmlu sforz biex jibqaʼ jkollna s-sensi tagħna mħarrġin ħalli nagħrfu t-tajjeb u l-ħażin. (Eb 5:14) Għalkemm jistaʼ jkollna t-tendenza li sempliċiment nikkopjaw id-deċiżjonijiet t’oħrajn, aħna għandna nħaddmu moħħna u niddeċiedu għalina nfusna. Għala? Kull wieħed minna jrid jagħti kont tad-deċiżjonijiet li ħa.—Rum 14:12.

M’għandniex naħsbu li għax ilna mgħammdin għal ħafna snin se nieħdu deċiżjonijiet tajbin. Biex nieħdu deċiżjonijiet għaqlin, aħna għandna bżonn nistrieħu kompletament fuq Ġeħova, il-Kelma tiegħu, u l-organizzazzjoni tiegħu.—Ġoż 1:7, 8; Pr 3:5, 6; Mt 24:45.

ARA L-VIDJOW “ŻOMMU KUXJENZA TAJBA,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Emma x’deċiżjoni ffaċċjat?

  • Għala għandna nevitaw li nesprimu l-opinjoni personali tagħna fi kwistjonijiet taʼ kuxjenza?

  • Koppja liema parir għaqli taw lil Emma?

  • Emma fejn sabet informazzjoni li għenitha fis-sitwazzjoni tagħha?