GĦIX BĦALA KRISTJAN
L-Anzjani Jagħmlu l-Aħjar Tagħhom Biex Jgħinu lin-Nies taʼ Ġeħova
Ħafna nies għandhom ħarsa negattiva lejn min għandu l-awtorità. U ma ttihomx tort! In-nies ilhom snin jabbużaw mill-awtorità għall-ġid tagħhom stess. (Mik 7:3) Kemm aħna grati li l-anzjani fil-kongregazzjoni huma trenjati biex jużaw l-awtorità tagħhom ħalli jgħinu lin-nies taʼ Ġeħova.—Est 10:3; Mt 20:25, 26.
L-anzjani huma differenti minn dawk li għandhom l-awtorità f’din id-dinja. Huma jagħmlu x-xogħol tagħhom għax iħobbu lil Ġeħova u lin-nies tiegħu. (Ġw 21:16; 1Pt 5:1-3) Taħt id-direzzjoni taʼ Ġesù, dawn ir-ragħajja jgħinu lil kull pubblikatur iħossu li hu parti mill-familja taʼ Ġeħova u biex jibqaʼ qrib tiegħu. Huma malajr jagħtu l-inkuraġġiment lin-nagħaġ taʼ Ġeħova meta jkollhom bżonn. Jgħinuhom ukoll meta tinqalaʼ emerġenza medika jew ikun hemm xi diżastru naturali. Jekk għandek bżonn l-għajnuna, għax ma tiħux l-inizjattiva biex tkellem anzjan fil-kongregazzjoni tiegħek?—Ġk 5:14.
ARA L-VIDJOW RAGĦAJJA LI JIEĦDU ĦSIEB IL-MERĦLA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Mariana kif ibbenefikat mill-għajnuna tal-anzjani?
-
Elias kif ibbenefika mill-għajnuna tal-anzjani?
-
Wara li rajt dan il-vidjow, kif tħossok dwar ix-xogħol li jagħmlu l-anzjani?