GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Japplikaw Dak li Jitgħallmu Mingħand Ġeħova
Hemm ħafna modi kif il-ġenituri jistgħu jgħinu lit-tfal tagħhom japplikaw dak li jitgħallmu mingħand Ġeħova. Wieħed mill-aħjar modi hu billi jgħinuhom jibbenefikaw mil-laqgħat Kristjani. Dak li t-tfal jaraw, jisimgħu, u jgħidu fil-kummenti tagħhom waqt il-laqgħat jistaʼ jgħinhom jitgħallmu iżjed dwar Ġeħova u jsiru l-ħbieb tiegħu. (Dt 31:12, 13) Jekk int ġenitur, kif tistaʼ tgħin lit-tifel jew lit-tifla tiegħek titgħallem iktar mil-laqgħat?
-
Agħmel l-aħjar li tistaʼ biex tattendi l-laqgħat fis-Sala tas-Saltna.—Sa 22:22
-
Ħalli biżżejjed ħin biex tkun mal-aħwa qabel u wara l-laqgħa fis-Sala tas-Saltna.—Eb 10:25
-
Agħmel ċert li kull membru tal-familja jkollu kopja tal-pubblikazzjonijiet li qed jiġu studjati waqt il-laqgħa, kemm jekk b’mod diġitali jew stampata
-
Għin lit-tifel jew lit-tifla biex tipprepara kumment fi kliemha.—Mt 21:15, 16
-
Tkellem b’mod pożittiv dwar il-laqgħat u dwar dak li nitgħallmu fihom
-
Għin lit-tfal biex jieħdu sehem f’affarijiet oħra, bħal li jnaddfu s-Sala tas-Saltna u jitkellmu m’aħwa ikbar fl-età fil-kongregazzjoni
Biex tgħin lit-tfal isiru ħbieb taʼ Ġeħova jinvolvi ħafna xogħol, u jistaʼ anke jidher diffiċli wisq xi kultant. Imma tistaʼ tkun ċert li Ġeħova se jgħinek.—Is 40:29.
ARA L-VIDJOW ĠENITURI, STRIEĦU FUQ ĠEĦOVA U S-SAĦĦA TIEGĦU, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
L-għeja kif kienet qed taffettwa lil Zack u lil Leah?
-
Il-ġenituri għala għandhom jistrieħu fuq Ġeħova għall-għajnuna?
-
Zack u Leah b’liema modi straħu fuq Ġeħova biex jgħinhom?