Għandu Jkun Hemm Distinzjoni Bejn il-Kleru u l-Lajċi?
Il-Ħarsa tal-Bibbja
Għandu Jkun Hemm Distinzjoni Bejn il-Kleru u l-Lajċi?
Wisq Reverendu, Reverendissimu, “Father,” Wisq Qaddis, Rabbi, l-Eminenza Tiegħu, l-Eċċellenza Tiegħu, il-Qdusija Tiegħu, il-Qdusija Kollha Tiegħu—dawn huma ftit mit-titli li jiddistingwu lill-kleru taʼ diversi reliġjonijiet mil-lajċi. F’ħafna reliġjonijiet issir distinzjoni bejn il-kleru u l-lajċi, imma kien Alla li għamel dan l-arranġament, jew huwa tradizzjoni tal-bnedmin? Fuq kollox, Alla japprovah?
“FIT-TESTMENT IL-ĠDID u matul iż-żminijiet appostoliċi tal-bidu ma jissemmew la l-kleru u lanqas il-lajċi,” kiteb Cletus Wessels, professur tat-teoloġija. L-Encyclopedia of Christianity tgħid: “Bil-mod il-mod bdiet issir differenza bejn dawk li kellhom kariga, il-kleru, u l-bqija tan-nies, il-lajċi . . . Il-membri ‘komuni’ tal-knisja bdew jitqiesu bħala l-popolin mhux kwalifikat.” Din id-differenza saret prominenti matul it-tielet seklu E.K.—iktar minn mitejn sena wara Ġesù Kristu!
Jekk, mela, id-distinzjoni bejn il-kleru u l-lajċi mhijiex ibbażata fuq ix-xempju li ħallew l-appostli taʼ Ġesù u l-Kristjani l-oħrajn tal-bidu, ifisser li hi ħażina? Skont il-Bibbja, iva. Ikkunsidra għala.
“Intom Ilkoll Aħwa”
Il-Kelma t’Alla tgħidilna li l-Kristjani kollha jaqdu bħala ministri t’Alla u li ħadd mhu superjuri jew inferjuri għal ħaddieħor. (2 Korintin 3:5, 6) Il-Kristjani tal-bidu “kienu jinsistu ferm li ma jkunx hemm klassijiet,” jgħid Alexandre Faivre, kittieb tar-reliġjon. Din l-insistenza biex “ma jkunx hemm klassijiet” taqbel mal-kliem taʼ Ġesù lis-segwaċi tiegħu: “Intom ilkoll aħwa.”—Mattew 23:8.
M’għandniex xi ngħidu, irġiel anzjani spiritwalment kienu jaqdu bħala indokraturi. Dan kien jinkludi li jkunu rgħajja u għalliema. (Atti 20:28) Madankollu, dawn l-irġiel ma kinux kleru li kien jitħallas. Fil-biċċa l-kbira minnhom kienu rġiel komuni li kienu jaħdmu—irġiel miżżewġin u missirijiet. Iktar minn hekk, huma kkwalifikaw biex jaqdu bħala indokraturi, mhux billi attendew xi seminarji reliġjużi, imma billi kienu studenti ħabrieka tal-Kelma t’Alla u billi kkultivaw il-kwalitajiet spiritwali li jirrikjedi Alla. Dawn il-kwalitajiet jinkludu li wieħed ikun “moderat fi drawwietu, għandu moħħu f’loku, jimxi bl-ordni, juri l-ospitalità, ikun kwalifikat biex jgħallem, . . . raġunevoli, mhux ġellied, mhux wieħed li jħobb il-flus, raġel li jippresiedi fuq dawk taʼ daru bl-aħjar mod.”—1 Timotju 3:1-7.
Għala Hu Għaqli li Nżommu Sod mal-Bibbja
“Tmorrux lil hinn minn dak li hemm miktub,” tgħid il-Bibbja. (1 Korintin 4:6) B’sogħba, meta n-nies jinjoraw l-istruzzjonijiet imnebbħin minn Alla, ġeneralment jispiċċaw iġarrbu ħsara spiritwali, u dan hu minnu fil-każ tal-arranġament taʼ kleru u lajċi. Dan kif? Jekk jogħġbok ikkunsidra s-sitt punti li ġejjin.
1. Il-fatt li jkun hemm klassi tal-kleru separata jimplika li wieħed irid ikollu sejħa speċjali biex ikun ministru t’Alla. Madankollu, il-Bibbja tgħid li l-Kristjani veri kollha għandhom jaqdu lil Alla u jfaħħru lil ismu. (Rumani 10:9, 10) L-irġiel Kristjani inġenerali huma inkuraġġiti jirsistu għall-privileġġ li jaqdu fil-kongregazzjoni, bħalma hi d-drawwa fost ix-Xhieda taʼ Ġeħova.—1 Timotju 3:1.
2. Id-distinzjoni bejn il-kleru u l-lajċi tgħolli l-klassi tal-kleru, u waħda mill-evidenzi taʼ dan hija t-titli reliġjużi li jesiġu l-ammirazzjoni taʼ Luqa 9:48) Fi qbil maʼ dan l-ispirtu t’umiltà, hu qal lis-segwaċi tiegħu biex ma jadottawx titli reliġjużi.—Mattew 23:8-12.
ħaddieħor. Madankollu, Ġesù qal: “Min iġib ruħu bħal wieħed mill-iżgħar fostkom ilkoll, dan ikun il-kbir.” (3. Klassi tal-kleru mħallsa tistaʼ tqiegħed piż finanzjarju kbir fuq il-lajċi, speċjalment meta l-kleru jgħix fil-lussu. Mill-banda l-oħra, l-indokraturi Kristjani jieħdu ħsieb il-bżonnijiet finanzjarji tagħhom billi jagħmlu xogħol sekulari normali, u b’hekk jagħtu eżempju tajjeb lil oħrajn. a—Atti 18:1-3; 20:33, 34; 2 Tessalonikin 3:7-10.
4. Peress li xi membru tal-kleru jistaʼ jiddependi minn oħrajn għall-appoġġ finanzjarju, jistaʼ jkollu t-tentazzjoni li jgħawweġ il-messaġġ tal-Bibbja biex jogħġob lill-parruċċani. Tabilħaqq, l-Iskrittura bassret li proprju din il-ħaġa kellha tiġri. “Ikun hemm perijodu taʼ żmien meta ma jittollerawx it-tagħlim mimli saħħa, imma, fi qbil max-xewqat tagħhom, jiġbru għalliema madwarhom biex jgħarrxulhom widnejhom.”—2 Timotju 4:3.
5. Id-distinzjoni bejn il-kleru u l-lajċi tagħti x’tifhem lil-lajċi li r-reliġjon għandhom iħalluha f’idejn il-kleru, waqt li l-lajċi sempliċement jattendu s-servizzi reliġjużi taʼ kull ġimgħa. Madankollu, il-Kristjani kollha għandhom ikunu konxji tal-bżonn spiritwali tagħhom u jkunu studenti tajbin tal-Bibbja.—Mattew 4:4; 5:3.
6. Meta l-lajċi ma jkunux jafu x’tgħid il-Bibbja, huma jistgħu faċilment jiġu żvijati mill-membri tal-kleru, u saħansitra sfruttati minnhom. Tabilħaqq, l-istorja fiha ħafna eżempji t’abbużi bħal dawn. b—Atti 20:29, 30.
Sabiex jimxu mill-qrib maʼ dak li tgħid il-Bibbja, ix-Xhieda taʼ Ġeħova m’għandhomx klassi tal-kleru imma rgħajja u għalliema spiritwali li ma jitħallsux u li jaqdu l-merħla t’Alla minn jeddhom. Għala ma tarax dan b’għajnejk stess billi żżur Sala tas-Saltna fil-lokalità tiegħek?
[Noti taʼ taħt]
a Fl-ewwel seklu, xi indokraturi li jivvjaġġaw xi drabi kienu “jgħixu permezz taʼ l-aħbar tajba” billi jaċċettaw l-ospitalità u l-kontribuzzjonijiet li oħrajn kienu joffrulhom minn jeddhom.—1 Korintin 9:14.
b Eżempji taʼ dan huma l-bejgħ tal-indulġenzi, l-Inkwiżizzjoni Kattolika, u saħansitra l-ħruq taʼ Bibbji mill-membri tal-kleru li ma ridux li l-Kelma t’Alla tiġi f’idejn l-imrieħel tagħhom.—Ara l-ħarġa tal-15 taʼ Novembru, 2002, paġna 27, tar-rivista It-Torri tal-Għassa li tmur id f’id maʼ din ir-rivista.
QATT ĦSIBT DWAR DAN?
◼ Dawk kollha li huma parti mill-poplu t’Alla kif għandhom iqisu lil xulxin?—Mattew 23:8.
◼ L-irġiel Kristjani kif jikkwalifikaw biex jaqdu bħala indokraturi fil-kongregazzjoni?—1 Timotju 3:1-7.
◼ L-arranġament taʼ kleru u lajċi għala m’għandux il-barka t’Alla?—1 Korintin 4:6.
[Kumment f’paġna 23]
Kuntrarju għall-kleru, Ġesù ġab ruħu bħal “wieħed mill-iżgħar”