“Kriżi Globali taʼ Nuqqas taʼ Fiduċja”
Fl-Afrika tal-Punent, tifel li għandu 12-il sena jinsab f’sodda tal-isptar—vittma taʼ mediċina falza kontra l-malarja li ommu xtrat minn spiżerija legali. Tabib tal-isptar jgħid: “Ilna 15-il sena nsibu mediċini foloz fis-suq.” a
Fl-Asja, il-ġenituri taʼ tarbija tifel tat-twelid jinħasdu bil-kbir. Dan għaliex isiru jafu li l-ħalib miżjud b’sustanzi li kienu qed jisquh kien kontaminat b’ingredjent perikoluż. B’sogħba, it-tifel ċkejken miet.
Negozjant Amerikan fdat qarraq bil-klijenti tiegħu u ħadilhom biljuni taʼ dollari! Eluf taʼ klijenti jiskopru li l-flus li warrbu għall-pensjoni għosfru f’dak li ġie msejjaħ “il-frodi tas-seklu.”
FID-DINJA tal-lum, il-fiduċja taʼ kważi kulħadd ġiet traduta xi darba jew oħra. Anki s-sitwazzjoni ħażina tal-ekonomija madwar id-dinja hi fil-biċċa l-kbira r-riżultat taʼ dik li l-gazzetta Franċiża Le Monde ssejħilha “kriżi globali taʼ nuqqas taʼ fiduċja.”
Liema fatturi wasslu għall-“kriżi taʼ nuqqas taʼ fiduċja” tal-lum? Hemm xi ħadd li tistaʼ tafdah?
[Nota taʼ taħt]
a Kif rapportat fil-gazzetta Le Figaro, pubblikata f’Pariġi, Franza.