Paġna Tnejn
It-Trobbija taʼ Tfal Responsabbli
X’aktarx li hi l-aħħar ħaġa li tgħaddi minn moħħ il-ġenituri hekk kif iħarsu lejn it-tarbija prezzjuża tagħhom li għadha kif twieldet. Imma din hi verità sempliċi: Eventwalment dik it-tarbija ċkejkna se tikber u ssir adulta żagħżugħa li se tgħix waħedha. Hekk għandu jkun, għax il-Bibbja tgħid li “raġel iħalli lil missieru u lil ommu.” (Ġenesi 2:24) Naturalment, dan il-vers jistaʼ japplika wkoll għal mara żagħżugħa.
Minkejja dan, f’dan il-jum kemm taʼ ferħ kif ukoll taʼ niket, meta żagħżugħ, jew żagħżugħa, jitlaq mid-dar, ħafna ġenituri jkunu ansjużi. Huma jistaqsu: ‘Rabbejt lil ibni kif suppost? Se jkun jistaʼ jżomm impjieg, jieħu ħsieb appartament, u jgħix skont id-dħul tiegħu?’ Saħansitra iktar importanti minn hekk, ‘Ibni se jgħix fi qbil mal-valuri li pprovajna nnaqqxu fih?’—Proverbji 22:6; 2 Timotju 3:15.
Din il-ħarġa speċjali taʼ Stenbah! se turi kif il-pariri tal-Bibbja jistgħu jgħinu lill-ġenituri f’kull fażi tat-trobbija taʼ wliedhom.