Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Bajda tal-Għasfur

Il-Bajda tal-Għasfur

Ġiet Disinjata?

● Il-​bajda tal-​għasfur ġiet imsejħa “miraklu.” Għala?

Ikkunsidra: Filwaqt li tidher solida, il-​qoxra mimlija kalċju tal-​bajda tat-​tiġieġa jistaʼ jkollha sa 8,000 por mikroskopiku. Dawn iħallu l-​ossiġnu jidħol u l-​karbonju dijossidu joħroġ—bidla importanti biex l-​embriju jieħu n-​nifs. Madanakollu, il-​qoxra u diversi riti jwaqqfu l-​batterji milli jinfettaw l-​embriju. L-​albumina (l-​abjad tal-​bajda)—sustanza qisha ġelatina li fiha ħafna ilma—tagħti l-​bajda l-​abbiltà li tiflaħ għad-​daqqiet.

Ir-​riċerkaturi jixtiequ jimitaw l-​istruttura tal-​bajda biex joħolqu prodotti li jifilħu iktar għad-​daqqiet u biex joħolqu rita li tistaʼ tipproteġi l-​frott mill-​batterji u l-​parassiti. Però, “mhuwiex daqshekk faċli li tikkopja n-​natura,” tikteb Marianne Botta Diener fir-​rivista Vivai. Hi tgħid li l-​attentati li saru s’issa ma kinux tajbin għall-​ambjent.

Int x’taħseb? Dan il-​“miraklu” taʼ kif inhi magħmula l-​bajda tal-​għasfur ġie b’kumbinazzjoni? Jew ġie disinjat?

[Dijagramma f’paġna 22]

Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

FIL-​BAJDA

Qoxra

L-​isfar

Chalaza (anchors yolk)

Rita taʼ barra

Rita taʼ ġewwa

Germinal disc (fejn jibda l-​embriju)

Albumina maħlula

Albumina magħquda

Spazju bl-​arja