Kif Tkun il-Ħabib t’Alla
● Dan hu dak li jgħallimna l-browxer taʼ 32 paġna Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla! Il-lezzjonijiet mill-isbaħ tiegħu jinkludu “Alla Jistiednek Biex Issir il-Ħabib Tiegħu” u “Alla Hu l-Aqwa Ħabib li Qatt Jistaʼ Jkollok.” Il-browxer hu disinjat biex jgħin lill-qarrej isir midħla tat-tagħlim bażiku tal-Bibbja.
Fil-lezzjoni “Il-Ħbieb t’Alla Se Jgħixu f’Ġenna taʼ l-Art,” il-browxer jispjega biċ-ċar l-iskop t’Alla għall-art. Però, biex ingawdu l-Ġenna tal-art li twegħedna l-Bibbja, neħtieġu nitgħallmu kif Alla jrid li naqduh. Lezzjonijiet bħal “Kif Issib il-Vera Reliġjon” u “Iċħad ir-Reliġjon Falza!” se jgħinuk issir ħabib t’Alla u tgawdi l-approvazzjoni tiegħu. Aħna ċerti li se ssib il-qari taʼ dal-browxer premjanti.
Tistaʼ titlob studju tal-Bibbja personali kif ukoll kopja taʼ dan il-browxer billi timla l-kupun t’hawn taħt u tibagħtu fl-indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-browxer li jidher hawn.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.