Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

 ĠIET DISINJATA?

Is-sigriet tal-kolla tal-brimba

Is-sigriet tal-kolla tal-brimba

IL-BRIMBA tad-dar Amerikana (Parasteatoda tepidariorum) tipproduċi għanqbuta b’kolla li tistaʼ tkun b’saħħitha biżżejjed biex teħel maʼ ħajt jew dgħajfa biżżejjed biex tinqalaʼ minn mal-art. B’hekk isservi taʼ nassa bil-molol biex taqbad priża li ma ttirx. Din il-brimba kif tipproduċi bħal ankri li huma kemm b’saħħithom u kemm dgħajfin għall-għanqbuta tagħha b’tip wieħed taʼ kolla?

Ikkunsidra: Il-brimba twaħħal l-għanqbuta maʼ ħajt, saqaf, jew xi ħaġa oħra billi tinseġ irqajjaʼ taʼ ħarir li jwaħħlu ħafna—jissejħu scaffolding discs—u li huma b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu l-impatt taʼ priża ttir. Riċerkaturi fl-Università taʼ Akron, Ohio, l-Istati Uniti, skoprew li, mill-banda l-oħra, l-irqajjaʼ tal-ħarir imqabbdin mal-art—li jissejħu gumfoot discs—għandhom arkitettura, jew disinn, totalment differenti. B’ħafna inqas postijiet fejn jeħlu milli għandhom l-iscaffolding discs, il-gumfoot discs iħallu l-għanqbuta tinqalaʼ faċilment u kwalunkwe priża li tkun daħlet fiha tinħataf f’daqqa minn mal-art.

Skont stqarrija tal-aħbarijiet mill-Università taʼ Akron, ir-riċerkaturi li skoprew din il-meravilja tan-natura “diġà qed jaħdmu fuq li jiżviluppaw kolla sintetika li tikkopja l-istrateġija tad-disinn intelliġenti li tuża l-brimba tad-dar.” Ix-xjenzjati qed jittamaw li joħolqu kolla li tistaʼ tintuża kemm fil-faxex u kemm fit-trattament tal-ksur fl-għadam.

Int x’taħseb? L-abbiltà li l-brimba tad-dar tipproduċi bħal ankri li huma kemm b’saħħithom u kemm dgħajfin bl-istess tip taʼ kolla ġiet bl-evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?