Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Tiġi Saltnatek”—Talba Li Jgħiduha Miljuni taʼ Nies

“Tiġi Saltnatek”—Talba Li Jgħiduha Miljuni taʼ Nies

Qatt tlabt biex tiġi s-​Saltna t’Alla? Matul is-​sekli, miljuni taʼ nies irripetew il-​kliem “Tiġi saltnatek.” Għala talbu b’dan il-​mod? Għax Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu għas-​Saltna t’Alla.

Għall-​ewwel, is-​segwaċi taʼ Ġesù ma fehmux kulma kien qalilhom dwar is-​Saltna. Huma darba staqsewh: “Mulej, f’dan iż-​żmien se terġaʼ tistabbilixxi s-​saltna taʼ Israel?” Probabbilment stagħġbu meta Ġesù ma tahomx tweġiba diretta. (Atti 1:6, 7) Ifisser dan li ma nistgħux inkunu nafu x’inhi s-​Saltna t’Alla u meta se tiġi? Le!

Din il-​ħarġa taʼ It-​Torri tal-​Għassa se tgħinek issib it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet li ġejjin:

  • Għala għandna bżonn is-​Saltna t’Alla?

  • Min hu s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla?

  • Is-​Saltna t’Alla meta se tmexxi għal fuq l-​art?

  • X’se twettaq is-​Saltna t’Alla?

  • Għala għandek tagħżel li tappoġġa s-​Saltna t’Alla issa?

  • X’inhi s-​Saltna t’Alla?