Għandna Bżonn Dinja Aħjar!
António Guterres, segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda, qal: “Aħna qed ngħixu f’dinja mimlija problemi.” Inti taqbel maʼ dan?
L-aħbarijiet mimlijin b’affarijiet koroh bħal:
Mard u pandemiji
Diżastri naturali
Faqar u ġuħ
Tinġis u global warming
Kriminalità, vjolenza u korruzzjoni
Gwerer
Għandna bżonn dinja aħjar, mimlija b’affarijiet bħal:
Saħħa perfetta
Kulħadd iħossu protett
Ikel għal kulħadd
Ambjent nadif
Ġustizzja
Paċi kullimkien
X’jiġifieri meta ngħidu dinja aħjar?
X’se jiġri mid-dinja li qed ngħixu fiha bħalissa?
X’nistgħu nagħmlu biex ngħixu f’dinja aħjar?
Dan It-Torri tal-Għassa se jagħti tweġibiet mill-Bibbja għal dawn il-mistoqsijiet u oħrajn.