Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

ĠIET DISINJATA?

It-tarka sofistikata li tiflaħ għas-sħana li għandha n-nemla tas-Saħara lewn il-fidda

It-tarka sofistikata li tiflaħ għas-sħana li għandha n-nemla tas-Saħara lewn il-fidda

IN-NEMLA tas-Saħara lewn il-fidda (Cataglyphis bombycina) hija minn taʼ quddiem fost l-annimali tal-art li huma magħrufin li jifilħu ħafna għas-sħana. Meta x-xemx taʼ nofsinhar tas-Saħara ġġiegħel lil dawk li jieklu n-nemla biex ifittxu d-dell, in-nemla toħroġ mill-bejta tagħha u tmur tfittex l-ikel fil-viċin. L-ikel jinkludi insetti oħra li jkunu mietu minħabba l-qilla tax-xemx.

[50] μm

Ikkunsidra: Wieħed mill-vantaġġi tan-nemla lewn il-fidda hu l-fatt li għandha tarka sofistikata li tiflaħ għas-sħana. Din hi magħmula minn xagħar speċjali li jgħatti l-wiċċ u l-ġnub taʼ ġisimha, filwaqt li taħt huwa bla xagħar. Dan ix-xagħar, li lin-nemla jagħmilha tidher kulur il-fidda, jikkonsisti f’tubi rqaq ħafna. Li kieku kellek taqsamhom min-nofs dawn it-tubi, ikollhom forma trijangulari. Iż-żewġt uċuħ tax-xagħra li jħarsu ʼl barra għandhom fuqhom speċi taʼ rigi mikroskopiċi, filwaqt li l-wiċċ li jħares ʼil ġewwa huwa lixx. Dan id-disinn għandu żewġ funzjonijiet. L-ewwel, dan ix-xagħar jistaʼ jirrifletti r-raġġi inviżibbli tas-sħana li jiġu mix-xemx. It-tieni, jgħin lin-nemla biex teħles mis-sħana li tkun ħadet mill-ambjent taʼ madwarha. Fl-istess ħin, il-parti taʼ taħt tan-nemla li ma fihiex xagħar hi disinjata biex tirrifletti r-raġġi inviżibbli tas-sħana li joħorġu mill-art tad-deżert. *

[10] μm

It-tarka sofistikata li għandha din in-nemla tgħinha biex iżżomm it-temperatura taʼ ġisimha taħt il-livell massimu li hi kapaċi tiflaħ għalih—53.6 grad Celsius. Din il-kreatura ċkejkna qanqlet lir-riċerkaturi biex jaħdmu fuq li jiżviluppaw kisjiet speċjali li jkunu kapaċi jżommu t-temperatura baxxa mingħajr l-għajnuna taʼ fannijiet jew apparat ieħor.

Int x’taħseb? It-tarka sofistikata li tiflaħ għas-sħana li għandha n-nemla tas-Saħara lewn il-fidda ġiet bl-evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

^ par. 4 Il-vantaġġi l-oħra tan-nemla jinkludu proteini speċjali f’ġisimha li ma jinbidlux faċilment bis-sħana qalila, saqajn twal li bihom ma tmissx mar-ramel jikwi u wkoll tkun tistaʼ tiġri aktar, u kapaċitajiet taʼ navigazzjoni eċċellenti li jgħinuha tieħu l-iqsar distanza biex tmur lura lejn il-bejta tagħha.