Ġieli ħsibt dwar dan?
Jekk Alla jimpurtah minna, għala ppermetta li l-ħażen u t-tbatija jibqgħu għaddejjin għal daqshekk żmien?
Kif nistgħu nkunu ċerti li qed ngħixu fl-aħħar jiem taʼ din id-dinja?
Kif nafu li l-wegħdi tal-Bibbja dwar is-Saltna t’Alla se jseħħu?
Tistaʼ l-Bibbja tgħinna nagħmlu deċiżjonijiet għaqlin f’ħajjitna issa?
Peress li l-Ħallieq tagħna jħobbna, hu pprovdielna t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u ħafna iktar. Bħala għajnuna biex issib it-tweġibiet, mur fuq il-websajt tagħna, www.dan124.com, li hi ddisinjata biex tgħin lin-nies jitgħallmu dwar il-Bibbja.
Fuq din il-websajt se ssib attivitajiet, artikli, rekordings bl-awdjo, vidjows, intervisti, u varjetà kbira taʼ pubblikazzjonijiet, inkluż il-Bibbja. Kollha huma bla ħlas u m’intix obbligat li tibda studju tal-Bibbja jew issir wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.