Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

SIB MOD KIF TNAQQAS L-ISTRESS

Għandek Stress?

Għandek Stress?

“Kulħadd ikollu xi ftit tal-​istress, imma jien għandi żżejjed. Mhux ġej sempliċement minn problema waħda kbira imma minn ħafna sitwazzjonijiet, taħbit, u minn snin li qishom ma jridu jgħaddu qatt f’li nieħu ħsieb lil żewġi, li marad fiżikament u mentalment.”—Jill. a

“Il-​mara tiegħi telqitni, u kelli nrabbi żewġt itfal waħdi. Dan kien diffiċli għalija. Agħar minn hekk, tlift ix-​xogħol u ma kellix biżżejjed flus biex nirranġa l-​karozza. Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. L-​istress kien tal-​biżaʼ. Ġo qalbi kont naf li kien ħażin li nieħu ħajti b’idejja, allura tlabt lil Alla biex ma jħallinix inbati.”—Barry.

Tħossok kultant mifni bl-​istress, bħal Jill u Barry? Jekk iva, jalla l-​artikli li ġejjin ifarrġuk u jgħinuk. Huma jiddiskutu xi affarijiet komuni li jikkaġunaw l-​istress, kif l-​istress jistaʼ jaffettwana, u kif għall-​inqas jistaʼ jkollna ftit serħan minnu.

a L-​ismijiet ġew mibdulin.