Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Li taħdmu flimkien jistaʼ jiġi mqabbel maʼ pilota u l-assistent tiegħu fuq l-istess titjira

GĦALL-KOPPJI

2: Aħdmu bħala tim

2: Aħdmu bħala tim

DAN XI JFISSER

Meta tnejn miżżewġin jaħdmu bħala tim, ir-​raġel u martu jkunu qishom pilota u l-​assistent tiegħu fuq l-​istess titjira. Anki meta jkun hemm diffikultajiet, kull wieħed minnhom se jaħseb f’terminu taʼ “aħna” u mhux “jien.”

PRINĊIPJU BIBLIKU: “M’għadhomx iżjed tnejn, imma ġisem wieħed.”—Mattew 19:6.

“Ir-​raġel u l-​mara għandhom jaħdmu flimkien biex iż-​żwieġ jirnexxi.”—Christopher.

GĦALA HU IMPORTANTI

Meta jkun hemm xi argument, raġel u mara li ma jaħdmux bħala tim iktar se jkollhom it-​tendenza li jiffokaw fuq min għandu t-​tort milli fuq li jsolvu l-​problema. Affarijiet żgħar malajr jistgħu jinbidlu f’ostakli kbar.

“Hu importanti ħafna li l-​koppja jaħdmu bħala tim. Li kieku jien u żewġi ma konniex tim, konna nkunu sempliċement bħal tnejn li jgħixu taħt l-​istess saqaf u li ma jaqblux meta jkun hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet importanti—u mhux bħala koppja miżżewġa.”—Alexandra.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

EŻAMINA LILEK INNIFSEK

  • Inqis il-​flus li naqlaʼ bħala li huma “kollha tiegħi”?

  • Biex nirrilassa għalkollox, għandi bżonn inkun ’il bogħod minn żewġi jew marti?

  • Inżomm ’il bogħod mill-​qraba tal-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ, minkejja li hi tkun close ħafna tagħhom?

IDDISKUTU DAN BĦALA KOPPJA

  • F’liema aspett(i) naħdmu tajjeb bħala tim fiż-​żwieġ tagħna?

  • F’liema aspett(i) nistgħu nitjiebu?

  • Liema passi nistgħu nieħdu biex naħdmu aħjar bħala tim?

SUĠĠERIMENTI

  • Immaġina li qegħdin tilagħbu logħba tenis faċċata taʼ xulxin. Minflok, liema passi tistaʼ tieħu biex tmur fuq in-​naħa taʼ żewġek jew martek ħalli t-​tnejn li intom tkunu fl-​istess tim?

  • Minflok ma taħseb, ‘Kif nistaʼ nirbaħ?’ aħseb, ‘Kif nistgħu nirbħu t-​tnejn li aħna?’

“Tagħtix kas min għandu r-​raġun u min għandu t-​tort. Dak mhux importanti daqskemm huma importanti l-​paċi u l-​unità fiż-​żwieġ tiegħek.”—Ethan.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—Filippin 2:3, 4.